Skip to content

Fond għall-irkupru: l-UE tagħti riżultati

Il-Kunsill japprova gruppi ta' pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza: Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirċievu żborżi mill-fond għall-irkupru tal-UE.

Fond għall-irkupru: l-UE tagħti riżultati

L-UE tipprovdi għajnuna finanzjarja biex tappoġġa riformi u investiment fl-istati membri biex tagħti spinta lill-ekonomija u tibni Ewropa aktar reżiljenti, ambjentali u diġitali.

Kif jaħdem?

  • Il-pajjiżi tal-UE jressqu l-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u reżiljenza quddiem il-Kummissjoni Ewropea
  • Il-Kummissjoni tevalwa l-pjanijiet
  • Il-Kunsill jagħti l-approvazzjoni biex pajjiżi tal-UE jirċievu ħlasijiet mill-fond għall-irkupru
  • Iffirmar ta' ftehimiet dwar għotjiet u self
  • Il-flus jistgħu jibdew jingħataw lill-pajjiżi tal-UE

Kemm hemm flus disponibbli għall-pajjiżi tal-UE?

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF):

Total ta' €672.5 biljun:

  • €312.5 biljun f'għotjiet
  • Self ta' €360 biljun

13 ta' Lulju 2021 - il-Kunsill japprova l-ewwel grupp ta' pjanijiet: 12-il pajjiż tal-UE jistgħu jirċievu ħlasijiet mill-fond għall-irkupru tal-UE (l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, il-Portugall, is-Slovakkja, Spanja)

28 ta' Lulju 2021 - il-Kunsill japprova erba' pjanijiet oħra: erba' pajjiżi tal-UE jistgħu jirċievu żborżi mill-fond għall-irkupru tal-UE (il-Kroazja, Ċipru, il-Litwanja, is-Slovenja)

8 ta' Settembru 2021 - il-Kunsill japprova żewġ pjanijiet oħra: żewġ pajjiżi tal-UE jistgħu jirċievu żborżi mill-fond għall-irkupru tal-UE (iċ-Ċekja, l-Irlanda)

5 ta' Ottubru 2021 - il-Kunsill japprova pjan ġdid: pajjiż wieħed tal-UE jista' jirċievi ħlasijiet mill-fond għall-irkupru tal-UE (Malta)

29 ta' Ottubru 2021 - il-Kunsill japprova tliet pjanijiet oħra: tliet pajjiżi tal-UE jistgħu jirċievu żborżi mill-fond għall-irkupru tal-UE (l-Estonja, il-Finlandja, ir-Rumanija)

3 ta' Mejju 2022 - il-Kunsill japprova żewġ pjanijiet oħra: żewġ pajjiżi tal-UE jistgħu jirċievu żborżi mill-fond għall-irkupru tal-UE (il-Bulgarija, l-Iżvezja)

17 ta' Ġunju 2022 - Il-Kunsill japprova pjan ġdid: pajjiż wieħed tal-UE jista' jirċievi żborżi mill-fond għall-irkupru tal-UE (Polonja)

4 ta' Ottubru 2022 - il-Kunsill japprova pjan ġdid: pajjiż wieħed tal-UE jista' jirċievi żborżi mill-fond għall-irkupru tal-UE (Netherlands)

16 ta' Diċembru 2022 - Il-Kunsill japprova pjan ġdid: pajjiż wieħed tal-UE jista' jirċievi żborżi mill-fond għall-irkupru tal-UE (l-Ungerija)

  • Awstrija: €3.5 biljun f'għotjiet (0.87% tal-PDG) - €450 miljun bħala prefinanzjament
  • Belġju: €5.9 biljun f'għotjiet (1.25% tal-PDG) - €770 miljun bħala prefinanzjament
  • Bulgarija: €6.27 biljun f'għotjiet (10.24% tal-PDG)
  • Kroazja: €6.3 biljun f'għotjiet (11.68% tal-PDG) - €818 miljun bħala prefinanzjament
  • Ċipru: €1 biljun f'għotjiet, €200 miljun f'self, total: €1.2 biljun (5.61% tal-PDG) - €157 miljun bħala prefinanzjament
  • Ċekja: €7.0 biljun f'għotjiet (3.25% tal-PDG) - €915 miljun bħala prefinanzjament
  • Danimarka: €1.5 biljun f'għotjiet (0.5% tal-PDG) - €202 miljun bħala prefinanzjament
  • Estonja: €970 miljun (3.45% tal-PDG) - €126 miljun bħala prefinanzjament
  • Finlandja: €2.1 biljun (0.87% tal-PDG) - €271 miljun bħala prefinanzjament
  • Franza: €39.4 biljun f'għotjiet (1.62% tal-PDG) - €5.1 biljun bħala prefinanzjament
  • Ġermanja: €25.6 biljun f'għotjiet (0.75% tal-PDG) - €2.3 biljun bħala prefinanzjament
  • Greċja: €17.8 biljun f'għotjiet, €12.7 biljun f'self, total: €30.5 biljun (16.27% tal-PDG) - €4 biljun bħala prefinanzjament
  • Ungerija: €5.8 biljun f'għotjiet (3.98% tal-PDG)
  • Irlanda: €989 miljun f'għotjiet (0.3% tal-PDG)
  • Italja: €68.9 biljun f'għotjiet, €122.6 biljun f'self, total: €191.5 biljun (10.71% tal-PDG) - €24.9 biljun bħala prefinanzjament
  • Latvja: €1.8 biljun f'għotjiet (5.99% tal-PDG) - €237 miljun bħala prefinanzjament
  • Litwanja: €2.22 biljun f'għotjiet (4.59% tal-PDG) - €289 miljun bħala prefinanzjament
  • Lussemburgu: €93.4 miljun f'għotjiet (0.15% tal-PDG) - €12 miljun bħala prefinanzjament
  • Malta: €316.4 miljun f'għotjiet (2.3% tal-PDG) - €41.1 miljun bħala prefinanzjament
  • Netherlands: €4.7 biljun f'għotjiet (0.7% tal-PDG)
  • Polonja: Total ta' €35.4 biljun (6.6% tal-PDG), €23.9 biljun f'għotjiet, €11.5 biljun f'self
  • Portugall: €13.9 biljun f'għotjiet, €2.7 biljun f'self, total: €16.6 biljun (7.82% tal-PDG) - €2.2 biljun bħala prefinanzjament
  • Rumanija: Total ta' €29.2 biljun (13.1% tal-PDG), €14.3 biljun f'għotjiet - €1.9 biljun bħala prefinanzjament, €14.9 biljun f'self - €1.9 biljun bħala prefinanzjament
  • Slovakkja: €6.3 biljun f'għotjiet (6.72% tal-PDG) - €823 miljun bħala prefinanzjament
  • Slovenja: €1.8 biljun f'għotjiet, €705 miljun f'self, total: €2.5 biljun (5.17% tal-PDG) - €231 miljun bħala prefinanzjament
  • Spanja: €69.5 biljun f'għotjiet (5.58% tal-PDG) - €9 biljun bħala prefinanzjament
  • Żvezja: €3.29 biljun f'għotjiet (0.69% tal-PDG)

Didaskalija:

  • Għotjiet = riżorsi li l-pajjiżi tal-UE m'għandhomx għalfejn iħallsu lura lill-UE
  • Self = riżorsi mislufa mill-UE lil stat membru b'rati favorevoli ħafna, bis-saħħa tal-klassifikazzjoni għolja tal-bonds tal-Kummissjoni
  • Prefinanzjament = ammonti riċevuti bil-quddiem mill-ammont totali mitlub, sa 13%
  • F'% tal-PDG (2019)

Sors: Kummissjoni Ewropea

L-aħħar reviżjoni: 27 ta' Jannar 2024