L-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online
It-teknoloġiji diġitali għamluha aktar faċli għat-terroristi li jikkomunikaw minn naħa għal oħra tal-fruntieri u amplifikaw il-propaganda terroristika u wessgħu l-firxa tal-estremiżmu.
It-terroristi jużaw il-media soċjali u d-dark web biex jirradikalizzaw, jirreklutaw, jinċitaw il-vjolenza u jiffaċilitaw it-twettiq ta' attakki terroristiċi.
Biex tiġġieled kontra l-użu ħażin tal-internet mit-terroristi, f'April 2021 l-UE adottat regolament dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online. Ir-regoli l-ġodda japplikaw mis-7 ta' Ġunju 2022.
Regoli tal-UE biex jiġġieldu l-kontenut terroristiku online
Kif jaħdmu r-regoli l-ġodda?
- Il-pajjiżi tal-UE jinnominaw l-awtoritajiet nazzjonali
- L-awtoritajiet joħorġu ordnijiet biex jitneħħa kontenut terroristiku
- Il-pjattaformi tal-internet għandhom siegħa biex jitneħħa l-kontenut
Fl-eventwalità ta' ksur sistematiku, pjattaforma tal-internet għandha tħallas penali sa 4% tad-dħul tagħha.
X'inhu l-kontenut terroristiku online?
Kitba, stampi, awdjo jew filmati użati biex:
- jinċitaw atti terroristiċi
- jagħtu struzzjonijiet dwar kif jitwettqu reati
- jisolleċitaw il-parteċipazzjoni fi gruppi terroristiċi
Għaliex huma meħtieġa regoli tal-UE?
Sabiex jiġi evitat l-użu tal-internet mit-terroristi biex:
- ixerrdu l-propaganda
- jitgħallmu kif jiġu mmanifatturati l-isplussivi
- jinċitaw it-terroriżmu minn individwi waħedhom
- jirreklamaw jew ixerrdu permezz ta' streaming dirett l-attivitajiet tagħhom
Ir-regoli japplikaw għall-kumpaniji tal-UE biss?
Le, ir-regoli japplikaw għall-fornituri kollha li joffru servizzi fl-UE, irrispettivament jekk għandhomx il-kwartieri tagħhom f'wieħed mill-istati membri jew le.
- Ir-rispons tal-UE għat-terroriżmu (informazzjoni ġenerali)
- Miżuri tal-UE għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni (informazzjoni ġenerali)
- Il-ħidma tal-UE biex tindirizza t-terroriżmu (storja diġitali)
- Regolament dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (ġurnal uffiċjali tal-UE)
L-aħħar reviżjoni: 23 ta' Ottubru 2025