"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Sikurezza online

Skopri kif l-UE tiżgura internet aktar sikur, u aktar sigur għal kulħadd.

L-UE u l-pajjiżi tagħha huma impenjati li jiżguraw li l-internet ikun ambjent sikur u sigur.

Ir-regoli tal-UE jiġġieldu l-kontenut illegali, jissalvagwardjaw id-drittijiet diġitali għall-utenti kollha, itejbu ċ-ċibersigurtà u jipprevjenu l-abbuż sesswali tat-tfal online.

Laptop, mara fuq smartphone, u tifel fuq tablet.

Internet aktar sikur u trasparenti

L-att tal-UE dwar is-servizzi diġitali (DSA) jirrikjedi li l-pjattaformi online bħall-media soċjali, is-siti tal-kummerċ elettroniku u l-magni tat-tiftix ineħħu kontenut dannuż, inkluż fake news u prodotti illegali. Hija l-ewwel liġi li żżomm lill-kumpaniji diġitali responsabbli għall-kontenut tagħhom bl-għan li jitrawwem spazju online aktar sikur, aktar trasparenti u kompetittiv għall-utenti u n-negozji.

Protezzjoni tad-data fl-era diġitali

L-UE għandha l-aktar regoli b'saħħithom dwar il-protezzjoni tad-data fid-dinja u tqis il-protezzjoni tad-data personali bħala dritt fundamentali.

Skont il-GDPR,l-individwi għandhomaktar kontroll fuq id-data personali tagħhom u n-negozji jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ekwi.

L-UE tissalvagwardja d-data personali użata mill-korpi tal-infurzar tal-liġi fir-rigward ta' kawżi kriminali.

Il-pjattaformi tax-xogħol mhumiex permessi jipproċessawdata personali sensittiva, inkluż l-istat emozzjonali, konverżazzjonijiet privati u data bijometrika.

Ir-rispons tal-UE għat-theddid ċibernetiku

L-UE qed taħdem fuq diversi fronti biex tippromwovi r-reżiljenza ċibernetika, tiġġieled iċ-ċiberkriminalità u ssaħħaħ iċ-ċiberdiplomazija u ċ-ċiberdifiża.

Ir-ransomware, li jillokkja l-kompjuter jew il-fajls li jinsabu fih u jitlob flus biex jiżblukkahom, u l-attakkiDDoS, li jipparalizzaw is-siti web bi traffiku falz, huma theddid ċibernetiku kbir.

Prevenzjoni tal-abbuż sesswali tat-tfal online

L-UE u l-pajjiżi tagħha jaħdmu flimkien biex jiġġieldu l-abbuż sesswali tat-tfal online u jipproteġu lill-vittmi permezz ta' strateġiji ta' salvagwardja mmirati.

Il-ħajja tiegħek online: kif l-UE qed tagħmilhielek aktar faċli u aktar sigura

L-Unjoni Ewropea qed ittejjeb l-ambjent diġitali għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha.

Esplora l-artiklu fil-fond tagħna biex tara eżempji fil-ħajja reali ta' kif l-UE qed tagħmel l-internet aktar sikur għal kulħadd.

Persuna wieqfa fuq skrivanija, tħares lejn laptop miftuħ u żżomm magg, fuq sfond grafiku sempliċi kulur blu u aħdar lewn in-nagħniegħ.

L-aħħar spjegazzjonijiet

Xjenzati lebsin ġagagi tal-laboratorju jiddiskutu waqt li programmatur fuq laptop jinteraġixxi ma' ikoni li jirrappreżentaw l-intelliġenza artifiċjali, il-moħħ, u t-traduzzjoni tal-lingwa.

Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali

Siluwetti ta' minuri u adult bil-wieqfa quddiem skrin ta'smartphone kbir immens mimli bi bżieżaq taċ-chat u taħlita ta' emojis li juru emozzjonijiet differenti.

Kif l-UE tipproteġi lill-minorenni online

Mara mdaħħla fl-età titbissem waqt li tuża tablet, imdawra b'linji astratti ta' kejbils tad-data u tan-network, li juru l-konnettività u l-adozzjoni diġitali.

"Perkors għad-Deċennju Diġitali": il-pjan tal-UE li tikseb Ewropa diġitali sal-2030

L-aħħar reviżjoni: 10 ta' Settembru 2026