- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 14 ta' Lulju 2014
Biedja organika u l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 fuq l-aġenda tal-Kunsill
Meta ltaqgħu fi Brussell fl-14 ta' Lulju, il-ministri ddiskutew proposta għal rieżami tar-regoli tal-UE dwar il-produzzjoni u l-biedja organiċi u komunikazzjoni li tħejji l-pedament għal kwoti tas-sajd ġodda tal-UE għall-2015.
Biedja organika
Il-ministri tal-agrikoltura u s-sajd imlaqqgħin fil-Kunsill, kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-biedja organika, abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni għal rieżami tal-qafas legali għall-produzzjoni u l-biedja organiċi fl-UE.
Uħud mill-ministri qajmu tħassib dwar ir-regoli l-ġodda proposti għall-produzzjoni organika, b'mod partikolari l-eżenzjonijiet limitati, li fil-fehma tagħhom jista' jkollhom impatt negattiv fuq it-tkabbir tas-settur organiku. Tqajjem tħassib ukoll dwar il-bidliet fis-sistemi ta' kontroll imsemmija fil-proposta, u wħud mill-ministri kienu kontra l-użu estiż ta' atti delegati.
Il-proposta dwar il-biedja organika hija prijorità għall-presidenza Taljana, li tittama li jintlaħaq approċċ ġenerali qabel tmiem l-2014.
Opportunitajiet tas-sajd għall-2015
Il-Kunsill kellu wkoll skambju ta' fehmiet dwar il-komunikazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015. Il-proposta tispjega l-approċċ li ser tieħu l-Kummissjoni biex tifformula l-proposti tagħha għall-opportunitajiet tas-sajd għall-2015.
Il-ministri ddiskutew il-ħtieġa li jiġi kkunsidrat ir-rendiment massimu sostenibbli sal-2015, fejn possibbli, u mhux aktar tard mill-2020. Diversi stati membri indikaw ukoll ħtieġa li jiġu ċċarati l-konsegwenzi tal-obbligu ta' ħatt l-art, introdott bil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata, fuq il-proposti dwar it-TAC (qabda totali permissibbli) għall-2015.
Punti oħra fuq l-aġenda
Il-Presidenza Taljana tal-Kunsill ippreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għall-agrikoltura u s-sajd. Il-prijoritajiet jinkludu:
- il-proposta dwar il-biedja organika
- il-proposta dwar l-iskema ta' frott u ħaxix u prodotti tal-ħalib għall-iskejjel
- it-tlestija tal-ħidma fuq l-aħħar atti delegati tal-PAK riformata
- qbil dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015
- il-kontinwazzjoni tal-ħidma fuq il-pakkett dwar is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti
Il-Kunsill kellu wkoll dibattitu dwar il-futur tas-settur tal-ħalib wara li tintemm is-sistema ta' kwoti tal-ħalib fl-2015.
Il-ministri ddiskutew ukoll diversi suġġetti oħra li jinkludu:
- ismijiet tad-dominju tal-internet (ICANN) għal kliem bħal .food u .organic
- l-istat attwali tal-protokolli għall-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd mal-Marokk u l-Mawritanja
- kontrolli fuq l-ikel u frodi alimentari, inkluża l-azzjoni li ttieħdet minn meta feġġ l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel fl-2013
Fl-aħħar nett, il-Kunsill adotta mingħajr diskussjoni regolament li jistabbilixxi mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni (SRM) għal banek f'diffikultà.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħaTagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Magdalena Walczak-Jarosz Press officer
- +32 471 33 57 03
- +32 2 281 80 79
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025