Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 5 ta' Settembru 2014

Il-Kunsill jeżamina l-impatt tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli tal-UE

Matul laqgħa straordinarja fil-Kunsill fil-5 ta' Settembru, il-ministri tal-agrikoltura tal-UE ddiskutew il-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli tal-UE, li tinkludi l-laħam, il-ħut, il-prodotti tal-ħalib, il-frott u l-ħaxix.

Il-ministri ltaqgħu biex jevalwaw l-impatt u l-implikazzjonijiet tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli tal-UE.

Il-projbizzjoni Russa, li ser iddum sena, daħlet fis-seħħ fis-6 ta' Awwissu. Din taffettwa firxa ta' prodotti inkluż il-laħam, il-ħut u l-frott tal-baħar bil-qoxra, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-frott, il-ħaxix, iz-zalzett u l-ikel jew il-prodotti lesti.

Id-dibattitu tal-Kunsill iffoka fuq miżuri fuq perijodu medju u fit-tul bħas-sejbien ta' swieq ġodda għal dawk il-prodotti affettwati mill-projbizzjoni. Il-ministri kkonfermaw il-ħtieġa għal reazzjoni koordinata u unanima fil-livell tal-UE biex jiġu ttrattati l-effetti negattivi tal-projbizzjoni Russa. Bosta stati membri talbu għal żieda fil-miżuri ta' emerġenza diġà implimentati mill-Kummissjoni bl-użu ta' firxa usa' ta' għodda. L-istati membri ssottolinjaw ukoll il-fatt li jista' jkun hemm ħtieġa għal miżuri ta' kumpens immirati tajjeb għal uħud mill-produtturi l-aktar affettwati mill-projbizzjoni.

Il-Kummissjoni diġà daħħlet fis-seħħ għadd ta' miżuri biex tipprova tillimita l-effetti negattivi tal-projbizzjoni Russa. Issa qed jintużaw miżuri ta’ appoġġ ta’ emerġenza għall-ħawħ u n-nuċiprisk, u għall-prodotti tal-frott u l-ħaxix li jitħassru malajr fis-suq tal-UE. Kien hemm qbil ukoll dwar miżuri ta' appoġġ ta' emerġenza għas-suq għal ċerti prodotti tal-ħalib.

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025