- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 10/11/2014, 10 ta' Novembru 2014
Ftehim politiku milħuq dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015-2016 għall-istokkijiet tal-baħar fond
Meta ltaqgħu fi Brussell fl-10 ta’ Novembru, il-ministri tal-agrikoltura u s-sajd kellhom ukoll skambju ta’ fehmiet dwar it-tnaqqis propost mill-baġit tal-PAK fl-2015 u dwar il-bdiewa żgħażagħ fil-qafas tal-PAK il-ġdida.
Opportunitajiet tas-sajd
Il-ministri ddiskutew l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-baħar fond għall-2015 u l-2016 u laħqu ftehim politiku. Il-ftehim jikkonċerna l-qabdiet totali permissibbli (TACs) u l-kwoti għal stokkijiet tas-sajd bħall-klieb il-baħar tal-fond, iċ-ċinturin iswed, ir-roundnose grenadier u r-roughhead grenadier, l-alfonsinos, il-paġella ħamra u l-lipp abjad.
Ir-regolament biex idaħħal fis-seħħ il-ftehim il-ġdid ser jiġi adottat f’laqgħa li jmiss tal-Kunsill. Dan huwa applikabbli mill-1 ta' Jannar 2015.
Baġit għall-2015
Il-Kunsill kellu skambju ta’ fehmiet dwar il-finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fil-kuntest tal-ittra emendatorja tal-Kummissjoni għall-baġit tal-UE għall-2015.
Il-parti l-kbira tal-ministri wrew tħassib dwar il-konsegwenzi li d-deċiżjoni jista' jkollha fuq l-agrikoltura. 22 stat membru ffirmaw dikjarazzjoni komuni li tenfasizza t-tħassib tagħhom. Din ser tiġi ppreżentata lill-President tal-konfigurazzjoni tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Ecofin).
L-ittra emendatorja taġġorna l-abbozz tal-baġit għall-2015 u tagħmel bidliet speċifiċi fin-nefqa agrikola. B’mod partikolari, din tnaqqas l-impenji b’ €448.5 miljuni u tqassam mill-ġdid ħlasijiet ta’ €397 miljun mill-intestatura tat-tkabbir sostenibbli.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Bdiewa żgħażagħ
Il-Kunsill iddiskuta d-diffikultajiet li għadhom jiltaqgħu magħhom il-bdiewa żgħażagħ taħt il-PAK il-ġdida. Huma ddiskutew dokument tal-presidenza li jistabbilixxi soluzzjonijiet potenzjali biex jingħelbu l-ostakoli fl-oqsma tal-aċċess għall-kreditu, l-aċċess għal fatturi ta’ produzzjoni, u l-aċċess għall-għarfien u l-innovazzjoni.
Projbizzjoni Russa fuq il-ħawħ u n-nuċiprisk
Il-Kunsill ħa kont tal-miżuri mmirati addizzjonali possibbli biex jiġi appoġġat is-settur tal-ħawħ u n-nuċiprisk affettwat mill-projbizzjoni Russa fuq il-prodotti agrikoli tal-UE.
Il-ministri ddiskutew ukoll il-kwistjonijiet agrikoli li ġejjin:
- dikjarazzjoni komuni dwar il-produzzjoni organika
- Oqsma tal-ICANN
- miżuri kontra d-dudu tal-għeruq tal-qamħirrum
- il-protezzjoni tan-naħla tal-għasel fl-Ewropa
Ġew adottati wkoll diversi punti mingħajr diskussjoni, inklużi:
- regolament dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2015 għal ċerti stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku
- regoli ġodda li jiffaċilitaw talbiet għad-danni minn vittmi ta’ ksur tal-antitrust
- regolament bil-għan li jtejjeb it-trasparenza tas-suq għall-investituri fil-livell ta’ konsumatur
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħaTagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025