Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 26/01/2015, 26 ta' Jannar 2015

Riżultati prinċipali

Programm tal-Presidenza

Il-Presidenza Latvjana tat preżentazzjoni lill-Kunsill dwar  il-programm ta' ħidma tagħha fis-settur tal-agrikoltura u s-sajd.

Fir-rigward tal-agrikoltura, il-President tal-Kunsill issottolinja l-importanza lill-Presidenza tal-biedja organika. Il-Ministru Dūklavs innota: "Abbażi tal-progress miksub mill-Presidenza preċedenti, aħna nippjanaw li nilħqu approċċ ġenerali fil-Kunsill sal-aħħar tal-Presidenza tagħna".

The simplification of the Common Agricultural Policy is one of the main priorities of the Latvian presidency Jānis Dūklavs, Latvia's Minister for Agriculture

Hu qal ukoll li "s-simplifikazzjoni tal-PAK (Politika Agrikola Komuni) hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-presidenza Latvjana. Aħna ser niżguraw li l-Kunsill jista' jibgħat messaġġ ċar lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li għad għadhom iridu jiġu ssimplifikati taħt il-PAK riformata fir-rigward tal-pagamenti diretti, l-iżvilupp rurali u l-organizzazzjoni komuni tas-suq".

Sajd

Il-Kunsill kellu dibattitu pubbliku dwar proposta għal  pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku.

Dan il-pjan huwa bbażat fuq approċċ multispeċi u ser jiżgura li l-ħut tal-Baltiku jiġi sfruttat b'mod sostenibbli. L-istati membri laqgħu l-proposta b'mod ġenerali u enfasizzaw li ser tkun każ ta' prova għal ġenerazzjoni ġdida ta' pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali. Jānis Dūklavs qali li "Dan id-dibattitu ser jgħin lill-Presidenza tagħna biex tilħaq qbil fil-Kunsill kemm jista' jkun malajr u biex tibda n-negozjati mal-Parlament Ewropew."

Fir-rigward tas-sitwazzjoni attwali tan-negozjati mal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art, bosta Stati Membri appoġġaw il-kompromess ippreżentat mill-Presidenza Latvjana bil-għan li jintlaħaq qbil rapidu dwar din il-kwistjoni.

Agrikoltura

Dwar il-projbizzjoni Russa attwali fuq il-prodotti agrikoli tal-UE introdotta mir-Russja f'Awwissu 2014, il-president tal-Kunsill fakkar li "l-projbizzjoni Russa għandha tiġi indirizzata mill-UE kollha kemm hi u li mhux aċċettabbli trattament differenzjat tal-Istati Membri".

Il-Kunsill iddiskuta wkoll żviluppi tas-suq u l-miżuri introdotti s'issa mill-Kummissjoni għall-frott, il-ħxejjex u l-prodotti tal-ħalib b'rispons għall-projbizzjoni Russa. Filwaqt li rrikonoxxew il-miżuri, l-Istati Membri esprimew tħassib li jistgħu jirriżultaw insuffiċjenti biex itaffu l-konsegwenzi tal-projbizzjoni fuq is-suq tal-UE. Xi stati membri ġibdu l-attenzjoni wkoll għad-diffikultajiet iffaċċjati mis-settur tal-laħam tal-majjal li għalih s'issa ma ttieħdet l-ebda miżura tas-suq.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025