- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 16/03/2015, 16 ta' Marzu 2015
Riżultati ewlenin
Biedja organika
Il-Kunsill kellu dibattitu pubbliku rigward proposta dwar il-biedja organika. L-istati membri kienu tal-fehma li approċċ armonizzat tal-UE jista' jindirizza l-kwistjoni tal-preżenza ta’ sustanzi mhux awtorizzati fi prodotti organiċi. Madankollu huma ma qablux dwar jekk din għandhiex tiddependi fuq l-istabbiliment ta’ limiti legalment vinkolanti jew fuq is-sistema eżistenti ta’ kontrolli fil-proċess ta' produzzjoni.
Id-dibattitu li kellna llum dwar il-biedja organika, jipprovdilna bażi tajba biex nilħqu l-għan tagħna li jintlaħaq approċċ ġenerali fil-Kunsill f’Mejju li ġej qabel ma jiġu mnedija n-negozjati mal-Parlament Ewropew". Jānis Dūklavs, Ministru għall-Agrikoltura tal-Latvja
Għall-importazzjonijiet, il-biċċa l-kbira tal-istati membri kienu favur transizzjoni gradwali lejn reġim ta’ konformità. Pajjiżi terzi jkollhom japplikaw l-istandards tal-UE, iżda xi derogi u perjodu ta’ transizzjoni adatt jippermettu adattament bla xkiel. Dwar il-kontrolli, il-biċċa l-kbira tal-istati membri jippreferu jżommu spezzjonijiet annwali obbligatorji iżda biż-żieda possibbli ta’ kontrolli bbażati fuq ir-riskju.
L-implimentazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-PAK
Fid-dibattitu, il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar l-esperjenzi tagħhom fl-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) il-ġdida. L-aktar kwistjonijiet importanti enfasizzati bħala li jeħtieġu simplifikazzjoni f’pagamenti diretti kienu l-miżuri 'ekoloġiċi’ u l-kontrolli.
Il-ministru Jānis Dūklavs fakkar li "l-istati membri appoġġaw l-isforzi tal-Presidenza biex jaqblu fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-simplifikazzjoni tal-PAK f’Mejju. Xi kwistjonijiet imqajma mill-istati membri jeħtieġu attenzjoni urġenti minħabba li r-regoli se jkollhom japplikaw fil-post minn din ir-rebbiegħa. Hemm xi oqsma fejn is-simplifikazzjoni tista’ tkun possibbli permezz ta’ emendi minuri għad-dispożizzjonijiet eżistenti stabbiliti mill-Kummissjoni”.
Settur tal-ħalib
Il-Kummissjoni spjegat is-sitwazzjoni rigward is-suq tal-ħalib fil-kuntest tat-tneħħija tas-sistema tal-kwota tal-ħalib f’April li ġej. Ħafna stati Mmembri esprimew tħassib, iżda xi wħud qiesu li s-settur għandu jkun kapaċi jaddatta għall-bidla bl-użu ta’ strumenti diġà disponibbli fi ħdan il-qafas tal-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali. Xi wħud indikaw li l-volatilità tal-prezzijiet jista’ jkollha effett sinifikanti fuq il-produtturi tal-ħalib, u li għalhekk il-Kummissjoni tkun trid tissorvelja s-sitwazzjoni mill-qrib permezz tal-Osservatorju tas-Suq tal-Ħalib u jekk ikun meħtieġ tippreżenta proposti adegwati biex jindirizzaw il-kwistjoni.
Il-President tal-Kunsill, il-Ministru Duklavs qal, "Is-suq tal-ħalib se jkollu jiġi mmonitorjat mill-qrib biex jiġi vvalutat kif l-abolizzjoni tal-kwoti tal-ħalib se taffettwa s-settur. Il-Presidenza ser tkompli tħeġġeġ diskussjonijiet fil-Kunsill sabiex tingħata gwida xierqa lill-Kummissjoni dwar miżuri meħtieġa”.
Dokumenti tal-laqgħat
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025