- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 11/05/2015, 11 ta' Mejju 2015
Riżultati prinċipali
Biedja organika
Il-Kunsill iddiskuta l-proposta għal regolament dwar il-biedja organika fid-dawl ta’ approċċ ġenerali. Hu għamel progress sinifikanti dwar għadd ta’ artikoli. Madankollu, xi stati membri talbu iktar żmien u enfasizzaw il-ħtieġa ta' aktar riflessjoni dwar xi kwistjonijiet sensittivi bħal kontrolli u l-preżenza ta’ sustanzi mhux awtorizzati fi prodotti organiċi.
Il-proposta għandha l-għan li tirrevedi l-leġislazzjoni eżistenti dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika fl-UE, tiġi ggarantita kompetizzjoni ġusta għall-bdiewa u l-operaturi u tittejjeb il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti organiċi.
Minkejja r-rieda li wrew l-istati membri biex ikun possibbli ftehim, jidher ċar li għad iridu jiġu diskussi aktar xi kwistjonijiet sensittivi ħafna. Aħna se nikkunsidraw il-possibbiltà li jintlaħaq qbil għal approċċ ġenerali dwar il-biedja organika fil-Kunsill li jmiss f’Ġunju.” Jānis Dūklavs, Ministru għall-Agrikoltura Latvjan
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-simplifikazzjoni tal-PAK
Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet dwar is-simplifikazzjoni tal-Politika Agrikoltura Komuni (PAK).
Mill-bidu tal-2015, din il-kwistjoni saret waħda mill-prijoritajiet tal-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni. F’dawn l-aħħar xhur, il-Presidenza kkonsultat il-ministri u għamlet sommarju tal-fehmiet tagħhom dwar oqsma ta’ prijorità għas-simplifikazzjoni, fuq il-bażi ta’ esperjenzi nazzjonali ta’ implimentazzjoni tal-PAK kif riformata reċentement.
Il-President tal-Kunsill, il-Ministru Jānis Dūklavs iddikjara, "B'dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill jafferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu biex jagħmel il-PAK il-ġdida aktar faċli biex tiġi implimentata għall-atturi kollha involuti.”
Punti oħrajn adottati
Il-Kunsill adotta regolament dwar l-obbligu ta' ħatt l-art għas-sajd. Dan jimplimenta objettiv ċentrali tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata li l-iskart fis-sajd kollu tal-UE jiġi eliminat progressivament permezz tal-introduzzjoni ta' obbligu tal-ħatt l-art tal-qbid kollu.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Programm indikattiv, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 11 ta’ Mejju 2015
- Aġenda proviżorja, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 11 ta' Mejju 2015
- Lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 11 ta’ Mejju 2015
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 11 ta’ Mejju 2015
- Background brief
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025