- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 07/09/2015, 7 ta' Settembru 2015
Riżultati ewlenin
Żviluppi tas-suq
Fid-dawl tat-tħassib espress, l-Unjoni tenniet l-appoġġ tagħha għas-settur agrikolu, li jikkontribwixxi u ser ikompli jikkontribwixxi lejn l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli. Il-Kunsill innota l-pakkett ta’ appoġġ imressaq mill-Kummissjoni li permezz tiegħu ser ikun hemm disponibbli minnufih €500 miljun għall-bdiewa. Fernand Etgen, President tal-Kunsill Agrikoltura
Matul l-iskambju ta’ fehmiet li sar fil-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Agrikoltura, il-ministri esprimew tħassib serju dwar l-iżviluppi reċenti f’firxa ta’ setturi agrikoli, b’mod partikolari fis-setturi tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal.
B’reazzjoni għad-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw bħalissa dawn is-setturi, il-Kummissjoni ressqet pakkett ta’ miżuri. Dawn huma maħsuba biex jgħinu fl-indirizzar tad-diffikultajiet fil-fluss tal-flus li jiffaċċjaw il-bdiewa, jistabbilizzaw is-swieq u jindirizzaw il-funzjonament tal-katina tal-provvista.
Il-ministri ssottolinjaw l-importanza ta’ rispons rapidu u effiċjenti għad-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw il-bdiewa bħalissa. Filwaqt li appoġġaw il-pakkett ippreżentat mill-Kummissjoni, id-delegazzjonijiet issottolinjaw il-ħtieġa li din tkun aktar preċiża dwar il-kontenut tal-pakkett. L-għoti ta’ għajnuna mmirata diretta skedata mill-Kummissjoni, b’mod partikolari l-allokazzjoni bejn l-Istati Membri u s-setturi affettwati, huwa punt kruċjali għal ħafna delegazzjonijiet. Fir-rigward tal-faċilità li ssir bil-quddiem parti mill-pagamenti diretti u l-pagamenti għall-iżvilupp rurali, il-biċċa l-kbira tal-ministri enfasizzaw li kienet meħtieġa flessibbiltà fil-kontrolli sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni. B’mod ġenerali kienu tal-fehma li, għat-tul ta' żmien medju, it-tisħiħ tal-miżuri ta’ promozzjoni u l-ħidma ppjanata fuq il-katina tal-provvista kienu kwistjonijiet importanti.
Il-President tal-Kunsill Agrikoltura, is-Sur Etgen qal: “Fid-dawl tat-tħassib espress, l-Unjoni tenniet l-appoġġ tagħha għas-settur agrikolu, li jikkontribwixxi u ser ikompli jikkontribwixxi lejn l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli. Il-Kunsill innota l-pakkett ta’ appoġġ imressaq mill-Kummissjoni li permezz tiegħu ser ikun hemm disponibbli minnufih €500 miljun għall-bdiewa".
Dokumenti tal-laqgħat
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025