Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 16/06/2015, 16 ta' Ġunju 2015

Riżultati prinċipali

Pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-biedja organika  

Il-Kunsill laħaq qbil dwar approċċ ġenerali għal regolament dwar il-biedja organika.

Wara ħidma intensiva matul il-Presidenza tagħna u diskussjonijiet fit-tul illum, il-Kunsill laħaq qbil li ser jippermettilna nibdew negozjati mal-Parlament Ewropew dwar il-qafas legali futur tal-biedja organika". Jānis Dūklavs, Ministru għall-Agrikoltura tal-Latvja

Il-proposta għandha l-għan li tirrevedi l-leġislazzjoni eżistenti dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika fl-UE, tiġi ggarantita kompetizzjoni ġusta għall-bdiewa u l-operaturi, u tittejjeb il-fiduċja tal-konsumaturi fil-prodotti organiċi.

Il-Ministru Jānis Dūklavs innota li: "Wara ħidma intensiva matul il-Presidenza tagħna u diskussjonijiet fit-tul illum, il-Kunsill laħaq qbil li ser jippermettilna nibdew negozjati mal-Parlament Ewropew dwar il-qafas legali futur tal-biedja organika".

Konsultazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 

Il-Ministri ġew infurmati dwar komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2016.  

Diversi stati membri rrikonoxxew it-titjib ġenerali fis-sitwazzjoni tar-riżorsi tal-ħut imsemmi mill-Komunikazzjoni. Huma fakkru wkoll fl-importanza li jiġu stabbiliti pjanijiet multiannwali b'approċċ multispeċi għall-istokkijiet tal-ħut. Bosta delegazzjonijiet enfasizzaw ukoll il-konsegwenzi tal-politika komuni tas-sajd (PKS) il-ġdida għall-opportunitajiet tas-sajd għall-2016, u b’mod partikolari l-obbligu ta’ ħatt l-art li ser jiġi estiż is-sena d-dieħla għal sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Atlantiku tal-UE.  

L-opportunitajiet tas-sajd għall-2016 li fuqhom il-Kunsill ser ikollu jilħaq qbil taħt il-Presidenza tal-Lussemburgu ser jiġu ddeterminati b'kont meħud tal-impatt tal-flotot tas-sajd fuq l-istokkijiet (mortalità mis-sajd). Diversi pajjiżi nnutaw li dan ifisser li jkun hemm bidla għal livelli meħtieġa biex l-istokkijiet jerġgħu jittellgħu għal livelli ta' bijomassa li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli (MSY) b'kont meħud tal-fatturi soċjoekonomiċi.  

Il-President tal-Kunsill, il-Ministru Duklavs, iddikjara: "Fid-diskussjonijiet tiegħu, il-Kunsill afferma mill-ġdid l-impenn qawwi tiegħu biex tiġi implimentata l-PKS il-ġdida sabiex is-sajd tal-UE isir aktar sostenibbli".

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025