Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 22/10/2015, 22 ta' Ottubru 2015

Riżultati ewlenin

Sajd

Il-ministri laħqu qbil politiku dwar l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku li ffissa għall-2016 il-kwantitajiet massimi ta' ħut li jistgħu jinqabdu għall-istokkijiet l-iktar importanti kummerċjalment fil-Baħar Baltiku. Il-kwantitajiet ta’ ħut minn stokkijiet speċifiċi li jistgħu jinqabdu jieħdu kont tal-parir xjentifiku disponibbli u d-dispożizzjonijiet introdotti mill-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata reċentement, bħalma huma l-obbligu tal-ħatt l-art u r-rendiment massimu sostenibbli (MSY).

Il-Kunsill ġie infurmat ukoll dwar il-konsultazzjonijiet annwali bejn l-UE u n-Norveġja fil-qafas tal-ftehim bilaterali dwar is-sajd tagħhom. It-tħassib ewlieni espress mill-istati membri kopra l-arranġamenti ta’ ġestjoni għall-istokkijiet ta' ħut ġestiti b’mod konġunt u l-iskambju ta’ possibbiltajiet reċiproċi ta’ sajd fl-ilmijiet tal-UE u dawk Norveġiżi.

Mid-dibattitu li kellna llum, jidher li t-tisħiħ tar-rabta bejn ix-xjenza u l-prattika agrikola inkluż it-trasferiment tal-għarfien huwa possibbiltà li ta' min jesploraha biex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tibdil fil-klima fis-settur agrikolu. L-involviment tal-bdiewa fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima huwa essenzjali.” Fernand Etgen, il-President tal-Kunsill Agrikoltura 

Agrikoltura

Il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar il-kontribut tal-agrikoltura għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Dan id-dibattitu ġie organizzat fid-dawl tal-adozzjoni tal-pakkett tal-UE dwar il-klima u l-enerġija 2030 li stabbilixxa tnaqqis sostanzjali għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra (GHG) għas-sena 2030. Dan jaħbat ukoll lejlet il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21) f’Pariġi li tibda f’Novembru ta’ din is-sena.

Huma qablu li għalkemm l-agrikoltura hija sors tal-GHG hija tipparteċipa wkoll direttament jew indirettament fit-tnaqqis tal-emissjonijiet. F’dan ir-rigward, il-Politika Agrikola Komuni (PAK), b’mod partikolari l-ekoloġizzazzjoni tal-pagamenti diretti hija għodda importanti li għandha tiġi kkunsidrata.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025