- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 16/11/2015, 16 ta' Novembru 2015
Riżultati prinċipali
Agrikoltura
Il-Kunsill kellu skambju ta’ fehmiet dwar is-sitwazzjoni attwali tas-simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) bħala parti mill-istrateġija ġenerali tal-UE biex tiġi ssimplifikata u titnaqqas il-leġislazzjoni tal-UE kull fejn ikun possibbli. F’dan il-kuntest, il-Kunsill adotta konklużjonijiet f’Mejju dwar x’titjib jista’ jsir fuq perijodu ta' żmien qasir jew medju fir-riforma reċenti tal-PAK.
L-Istati Membri laqgħu l-aġenda proposta mill-Kummissjoni biex jiġu riveduti l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni tal-PAK f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill. Huma indikaw b’mod speċifiku l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati l-miżuri ta' ekoloġizzazzjoni u l-proċeduri tal-iżvilupp rurali biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom. Fernand Etgen, il-President tal-Kunsill Agrikoltura
Barra minn hekk, il-ministri ngħataw informazzjoni mill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta’ kummerċ agrikolu internazzjonali. Aktar minn nofs il-kummerċ agrikolu tal-UE jitwettaq fil-qafas ta' ftehimiet bilaterali jew reġjonali: għadd minnhom ġew konklużi reċentement, għaddejjin bħalissa jew huma ppjanati. Il-11-il sessjoni ta’ negozjati dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP) bejn l-UE u l-Istati Uniti seħħet fl-aħħar ta’ Ottubru. Bosta membri tal-Kunsill indikaw il-ħtieġa għal ftehimiet internazzjonali bbilanċjati fir-rigward tal-agrikoltura.
Il-Kunsill stieden ukoll lill-Kummissjoni biex tipprovdi aġġornament dwar l-iżviluppi ewlenin tas-suq u dwar il-progress fir-rigward tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-pakkett ta’ miżuri ta’ appoġġ tas-suq. Minħabba s-sitwazzjoni diffiċli esperjenzata minn diversi setturi agrikoli, b’mod partikolari is-setturi tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal, fil-Kunsill ta' Settembru l-Kummissjoni ħabbret sensiela ta’ miżuri biex jittaffew id-diffikultajiet fil-perijodu qasir u tittejjeb il-kompetittività tal-bdiewa tal-UE. L-atti legali daħlu fis-seħħ wara l-pubblikazzjoni tagħhom f’nofs Ottubru. Il-parti l-kbira tal-ministri wieġbu b’mod favorevoli għall-implimentazzjoni rapida ta’ dawk il-miżuri. Il-Kunsill jistenna evalwazzjoni aktar kompleta kmieni s-sena d-dieħla.
Punti oħra
Il-Kunsill adotta regolament li jħaffef u jraħħas id-dħul ta' ikel ġdid fis-suq tal-UE waqt li jinżamm il-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. L-ikel ġdid huwa ikel li ma kienx ikkonsmat b'mod sinifikanti fl-UE qabel Mejju 1997. Dan jinkludi pereżempju ikel li għalih ikun ġie applikat proċess ġdid ta’ produzzjoni.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Programm indikattiv, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 16 ta’ Novembru 2015
- Aġenda proviżorja, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 16 ta' Novembru 2015
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 16 ta' Novembru 2015
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 16 ta' Novembru 2015
- Background brief
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
- Sistema bankarja “parallela”: Il-Kunsill jadotta regoli ta’ trasparenza dwar tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli
- 16/11/2015
- Servizzi ta’ ħlas elettroniku: Il-Kunsill jadotta regoli aġġornati
- 16/11/2015
- Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Filippini: Jingħata bidu għan-negozjati
- 16/11/2015
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025