- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 13/07/2015, 13 ta' Lulju 2015
Riżultati ewlenin
Programm ta' ħidma tal-Presidenza
Hija u tippreżenta l-programm ta' ħidma tagħha dwar l-agrikoltura u s-sajd għas-sitt xhur li ġejjin, il-Presidenza fakkret li s-sostenibbiltà trid tkun il-prinċipju fundamentali li jirfed l-iżvilupp futur tal-agrikoltura Ewropea. Madankollu l-Presidenza enfasizzat ukoll l-importanza li titqies id-dimensjoni ekonomika u soċjali, kif ukoll fatturi ambjentali u ta' saħħa relatati.
Id-dibattitu li kellna llum dwar il-proposta li permezz tagħhal-istati membri jkunu jistgħu jagħżlu li ma jużawx OĠM turi b’mod ċar li din għadha kwistjoni sensittiva ħafna fl-UE. Il-Presidenza tat mandat lil grupp ta’ ħidma tal-Kunsill biex jeżamina l-aspetti tekniċi tal-proposta. Fernand Etgen, il-Ministeru għall-Agrikoltura tal-Lussemburgu
Proposta għal regolament dwar l-OĠM
Il-Kunsill ġie mgħarraf mill-Kummissjoni dwar proposta għal regolament dwar il-possibbiltà li l-istati membri jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom.
Matul l-iskambju ta’ fehmiet li segwa, il-biċċa l-kbira tal-istati membri esprimew tħassib dwar il-proposta. Ħafna ddubitaw mis-sikurezza legali tal-klawżoli tal-għażla li wieħed ma jipparteċipax, li kieku jiġu deċiżi minn stat membru. Huma qiesu li l-proċess il-ġdid jista’ jdgħajjef is-suq uniku u ġibdu l-attenzjoni għall-punt li jista’ jmur kontra l-impenji internazzjonali tal-UE. Bosta delegazzjonijiet iddispjaċihom li ma tħejjiet l-ebda valutazzjoni tal-impatt flimkien ma’ din il-proposta.
Żviluppi fis-swieq agrikoli
Il-Kunsill ġie mgħarraf ukoll dwar l-iżviluppi fis-swieq agrikoli, b'mod partikolari dwar l-impatt tal-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli tal-UE imposta mir-Russja minn Awwissu 2014 'l hawn.
Matul il-laqgħa l-istati membri esprimew tħassib dwar il-konsegwenzi għall-aktar setturi milquta mill-projbizzjoni, jiġifieri l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal u l-frott u l-ħxejjex. Il-projbizzjoni Russa mhijiex l-unika kawża tal-qagħda ekonomika diffiċli li qed iħabbtu wiċċhom magħha s-settur tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal fejn hemm pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet. Il-Kummissjoni ħabbret miżuri tas-suq għall-frott u l-ħaxix u l-ħalib.
Xi delegazzjonijiet semmew li l-futur tas-settur taz-zokkor għandu wkoll jingħata attenzjoni mill-UE. Huma xtaqu "nżul ħelu" fi tmiem is-sistema tal-kwoti skedata għall-2017.
Għall-President tal-Kunsill, Fernand Etgen: "Waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza tagħna hija li nsegwu mill-qrib is-swieq agrikoli. Nixtiequ niġu infurmati dwar l-evoluzzjoni tas-setturi li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet sabiex inkunu nistgħu nirreaġixxu jekk meħtieġ.”
Dokumenti tal-laqgħat
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025