- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 06/11/2017, 6 ta' Novembru 2017
Riżultati ewlenin
Kummerċ
Il-Kunsill ġie aġġornat mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali ta' kwistjonijiet agrikoli marbuta mal-kummerċ, u b'mod partikolari dwar in-negozjati mal-Messiku, il-Mercosur u fid-WTO. Il-ministri laqgħu il-progress li sar iżda esprimew ukoll tħassib dwar l-impatt possibbli ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles fir-rigward ta' prodotti agrikoli sensittivi, bħal-laħam taċ-ċanga, l-etanol u z-zokkor. Huma ħeġġew ukoll lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-istati membri saħansitra aktar mill-qrib fin-negozjati.
"Trade deals are vital for the European Union and can help our farmers thrive internationally. We want to make sure that any future agreement duly takes account of the sensitivities of the agricultural sectors, protects our farmers and boosts their competitiveness" Tarmo Tamm, Minister of Rural Affairs of the Republic of Estonia.
Ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija
Il-presidenza rrapportat dwar l-eżitu tal-konferenza ta' livell għoli dwar "Ħamrija għal produzzjoni tal-ikel sostenibbli u servizzi tal-ekosistema sostenibbli", li saret f'Tallinn f'Ottubru. Il-ministri laqgħu l-inizjattiva u ddiskutew mezzi kif jinżamm il-livell attwalment għoli tal-produzzjoni agrikola filwaqt li jiġi żgurat li l-ħamrija agrikola tiġi ġestita b'mod sostenibbli, kif ukoll strateġiji possibbli għall-protezzjoni tal-ħamrija agrikola ta' valur. Il-ministri indirizzaw il-kwistjoni speċifika tal-issiġillar tal-ħamrija u t-telf tal-art agrikola, għarfu li s-soluzzjonijiet ser jiddependu l-aktar mill-ispeċifiċitajiet nazzjonali filwaqt li għandu jitħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prassi.
“Sustainable management of soil plays an important role in ensuring food security. There are ways of encouraging the sustainable intensification of food production, whilst ensuring the quality of agricultural soils. This can be achieved, for example, through knowledge transfer and innovation. In addition, it is important to raise awareness and create additional incentives for farmers through supportive measures. These aspects should be taken into account in the future CAP.” Tarmo Tamm, Minister of Rural Affairs of the Republic of Estonia
Pestiċidi
Il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill bir-riżultati tar-rapport tagħha dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi. Waqt id-dibattitu li seħħ wara l-preżentazzjoni, il-ministri kkondividew ideat rigward miżuri attwali u futuri biex jinkisbu l-objettivi tad-direttiva Ewropea dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, u dwar kif titħaffef l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara.
"The sustainable use of pesticides matters to our citizens,They not only want safe food, but also food that is produced with the highest respect for human health and the environment. We want to improve the current situation so that the health of our people is better protected across the EU". Tarmo Tamm, Minister of Rural Affairs of the Republic of Estonia
Punti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ġew ukoll infurmati bl-eżitu tas-summit dwar 'Prodotti tal-istess kwalità għal Kulħadd' u bir-riżultati tal-laqgħa tal-grupp ta' Visegrad fil-21 ta' Settembru, u b'mod partikolari bid-deliberazzjonijiet tiegħu dwar id-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli u l-inizjattiva attwali BIOEAST fil-qasam tal-agrikoltura, l-akkwakultura u l-forestrija bbażati fuq l-għarfien fil-bijoekonomija.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025