- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 09/10/2017, 9 ta' Ottubru 2017
Riżultati ewlenin
Sajd
Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku għall-2018.
Wara ġurnata sħiħa ta' negozjar, il-ministri qablu dwar il-kwantità massima ta' ħut li s-sajjieda tal-UE ser ikollhom permess li jaqbdu s-sena d-dieħla mill-għaxar stokkijiet kummerċjali prinċipali fil-Baħar Baltiku, kwantità li tissejjaħ ukoll "Qabdiet Totali Permissibbli" (TAC).
"L-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd hu eżerċizzju kważi impossibbli. Aħna wettaqnih b'rispett sħiħ lejn l-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, id-dispożizzjonijiet tal-pjan Baltiku u l-parir xjentifiku. Fil-ftehim finali s-sostenibbiltà ekonomika u ambjentali jmorru id f'id."
Siim Kiisler,il-ministru għall-ambjent tar-Repubblika tal-Estonja u l-president tal-Kunsill
Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-UE waqt il-konsultazzjonijiet annwali bejn l-UE u n-Norveġja fil-qafas tal-ftehim bilaterali tagħhom dwar is-sajd, u waqt il-laqgħa annwali tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), skedata għal bejn l-14 u l-21 ta' Novembru 2017 fil-Marokk.
Agrikoltura
Il-Kummissjoni infurmat lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi fis-swieq agrikoli l-aktar importanti. B'mod ġenerali, il-ministri qablu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li s-swieq kienu fil-proċess li jirkupraw, iżda tennew mill-ġdid il-ħtieġa li jsegwu mill-qrib l-iżviluppi futuri marbuta, fost oħrajn, mat-tmiem tal-kwoti taz-zokkor tal-UE, kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli f'diversi stati membri, u deni Afrikan tal-ħnieżer. Matul dan id-dibattitu l-ministri kellhom ukoll l-opportunità li jiġu infurmati dwar ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Mercosur.
Il-Kunsill imbagħad kellu skambju ta' fehmiet dwar ir-rwol tal-agrikoltura fl-implimentazzjoni tal-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli u l-implikazzjonijiet li din jista' jkollha għall-agrikoltura tal-UE, speċjalment b'ħarsa 'l quddiem lejn il-Politika Agrikola Komuni futura.
Fid-dibattitu sussegwenti l-ministri b'mod ġenerali qablu li l-agrikoltura hija kruċjali biex jintlaħqu għadd ta' għanijiet ta' żvilupp sostenibbli u li l-istrumenti ta' politika tagħha jridu jittejbu aktar fil-futur kemm biex jinkisbu riżultati f'dan ir-rigward kif ukoll biex jiġu ffaċċati l-isfidi ġodda marbuta mas-sigurtà tal-ikel u t-tibdil fil-klima.
"L-agrikoltura għandha kontribut sinifikanti x'tagħti biex tiġġenera tkabbir sostenibbli u inklużiv, billi toħloq impjiegi fis-settur agroalimentari u billi tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali."
Tarmo Tamm, il-ministru għall-affarijiet rurali tar-Repubblika tal-Estonja u l-president tal-Kunsill
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ġew infurmati dwar għadd ta' kwistjonijiet oħra, inkluż is-segwitu għall-inċident tal-bajd ikkontaminat bil-fipronil, il-finanzjament tal-faċilità tal-UE għall-koordinazzjoni tal-użi minuri, il-proċediment kontra s-sussidji u antidumping li nfetaħ mill-Istati Uniti kontra ż-żebbuġ iswed tal-mejda Spanjol, katini ta' provvista sostenibbli u li ma jwasslux għal deforestazzjoni, u l-istat ta' implimentazzjoni tal-fond Ewropew għall-affarijiet marittimi u s-sajd.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Programm indikattiv, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 9 ta' Ottubru 2017
- Nota ta' informazzjoni
- Aġenda proviżorja, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 9 ta' Ottubru 2017
- Lista ta' punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 9 ta' Ottubru 2017
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Agrikoltura u Sajd, 9 ta' Ottubru 2017
Stqarrijiet għall-istampa
- Ftehim tal-Kunsill dwar il-limiti ta’ qbid tal-2018 fil-Baħar Baltiku
- 09/10/2017
- Riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għall-ikel u l-agrikoltura: Konklużjonijiet tal-Kunsill
- 09/10/2017
- Id-data miftuħa toħloq servizzi diġitali aħjar għaċ-ċittadini
- 09/10/2017
- Unjoni tas-swieq kapitali: Ġew adottati regoli ġodda dwar il-kapital ta' riskju
- 09/10/2017
- Ir-Repubblika Kirgiża: l-UE mistennija tniedi negozjati dwar ftehim ġdid
- 09/10/2017
- Kooperazzjoni aktar mill-qrib u solidarjetà msaħħa biex niżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-gass
- 09/10/2017
- Ikkonfermat il-ftehim bejn l-UE u ċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi
- 09/10/2017
- Hotspots tal-internet WiFi4EU bla ħlas: l-aħħar approvazzjoni
- 09/10/2017
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025