Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 18/03/2019, 18 ta' Marzu 2019

Riżultati ewlenin

Siltiet ewlenin mill-Kunsill Agrikoltura u Sajd, tat-18 ta' Marzu 2019, fi Brussell.

Pakkett ta' riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal wara l-2020

Illum għamilna progress tajjeb biex infasslu ulterjorment il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-PAK futura, iżda tenħtieġ aktar ħidma. L-istabbiliment tat-triq 'il quddiem tal-politika Ewropea l-aktar importanti u li ilha għaddejja l-aktar tibqa' l-prijorità ewlenija tagħna. Petre Daea, Ministru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tar-Rumanija u President tal-Kunsill

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet pubbliku dwar il-pakkett kollu ta' riforma tal-PAK abbażi ta' rapport tal-presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali, u ssuġġerixxa bidliet għat-test tat-tliet regolamenti kollha kemm huma: ir-regolament dwar il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, ir-regolament orizzontali u r-regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq. Il-ministri ġew mistiedna jikkummentaw dwar dawn it-testi u jipprovdu gwida lill-presidenza dwar il-passi li jmiss.

Fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-PAK, il-ministri ġew infurmati wkoll dwar l-appoġġ akkoppjat għall-introjtu u l-ekoskemi.

Strateġija aġġornata tal-UE dwar il-bijoekonomija

Jeħtieġ li naħsbu mill-ġdid l-approċċ tagħna lejn il-produzzjoni tal-ikel u l-enerġija jekk irridu nissodisfaw l-isfidi tal-ġejjieni tat-tibdil fil-klima. Il-bijoekonomija tista' tipprovdi soluzzjonijiet konsistenti u effettivi għal futur aktar sostenibbli u l-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea. Petre Daea, Ministru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tar-Rumanija u President tal-Kunsill

Il-Kunsill kellu diskussjoni dwar l-Istrateġija Globali aġġornata tal-UE. B'mod partikolari, il-ministri qasmu ideat u prattiki tajbin implimentati fil-livell nazzjonali u reġjonali, bil-ħsieb li jipprovdu kontribut għal implimentazzjoni effettiva u rapida tal-implimentazzjoni madwar l-UE kollha tal-istrateġija aġġornata. Barra minn hekk, huma esploraw sinerġiji potenzjali mal-PAK u l-programm qafas il-ġdid għar-riċerka u l-innovazzjoni.

Suġġetti oħra fl-aġenda

Il-ministri ġew infurmati wkoll dwar:

  • is-sitwazzjoni fis-suq tal-laħam
  • id-deċiżjoni mill-bord tekniku tal-appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi rigward il-possibbiltà għall-ibbrevettar ta' prodotti li jirriżultaw mit-tnissil klassiku tal-pjanti
  • l-eżitu tas-sessjonijiet ta' ħidma organizzati mit-task force tal-Kummissjoni dwar l-ilma u l-agrikoltura fid-Danimarka u r-Rumanija
  • is-sajd fuq skala żgħira fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025