- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 14/05/2019, 14 ta' Mejju 2019
Riżultati ewlenin
Pakkett ta' riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal wara l-2020
Il-mudell ta' implimentazzjoni ġdid huwa l-qalba tar-riforma tal-PAK u l-aspett l-aktar innovattiv tagħha. Bis-saħħa ta' din il-bidla fil-qafas ta' ħsieb l-istati membri ser ikollhom vuċi akbar fit-tfassil tal-politiki nazzjonali tagħhom, iżda wkoll ser ikollhom aktar responsabbiltà. Il-progress fid-diskussjonijiet tagħna dwar dan l-aspett ser jgħinna niddefinixxu l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-pakkett ta' riforma kollu kemm hu. Petre Daea, Ministru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tar-Rumanija u President tal-Kunsill
Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet f'sessjoni pubblika dwar il-mudell ta' implimentazzjoni ġdid tal-pakkett ta' riforma tal-PAK għal wara l-2020 fuq il-bażi ta' dokument tal-presidenza. Il-ministri ffokaw l-interventi tagħhom fuq ir-rappurtar ta' objettivi intermedji u analiżi tal-prestazzjoni, u l-possibbiltà ta' stabbiliment ta' ammonti unitarji għal interventi mhux ibbażati fuq is-superfiċje/l-annimali.
Pjaneta Nadifa għal Kulħadd
Il-ġimgħa li għaddiet f'Sibiu l-mexxejja tagħna tennew l-urġenza li nindirizzaw b'mod kollettiv it-tibdil fil-klima. Minkejja li l-objettiv primarju tal-agrikoltura huwa li tiżgura s-sigurtà tal-ikel għall-Ewropa, l-agrikoltura u l-forestrija jistgħu jikkontribwixxu biex jilħqu l-miri ambjentali ambizzjużi tal-UE. Illum iddiskutejna kif nagħtu s-setgħa u ngħammru lill-bdiewa tagħna biex jilqgħu din l-isfida. Petre Daea, Ministru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tar-Rumanija u President tal-Kunsill
Il-Kunsill ġie infurmat dwar l-aspetti agrikoli tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ''Pjaneta nadifa għal kulħadd, u kellu skambju ta' fehmiet dwarhom: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima".
Il-ministri ffukaw b'mod partikolari fuq l-azzjonijiet ta' prijorità li għandhom jitwettqu fil-livell tal-UE u dak nazzjonali fil-qasam tal-agrikoltura u l-forestrija biex jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri tal-ftehim ta' Pariġi sal-2050.
Kwistjonijiet agrikoli relatati mal-kummerċ
Il-Kummissjoni aġġornat lill-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-kummerċ agrikolu tal-UE. Hija rrapportat b'mod partikolari dwar l-aħħar żviluppi fl-inizjattiva diplomatika tagħha biex tippromwovi l-prodotti agrikoli Ewropej madwar id-dinja, kif ukoll dwar in-negozjati kummerċjali li jew ġew konklużi inkella li għadhom għaddejjin, u li għandhom impatt fuq l-agrikoltura tal-UE. Dawn jinkludu: Il-Mercosur, l-Awstralja u New Zealand.
Il-ministri kellhom l-opportunità li jiskambjaw fehmiet u jirriflettu fuq il-kwistjonijiet sensittivi, kif ukoll il-prijoritajiet u l-benefiċċji, għall-agrikoltura tal-UE fil-kuntest tan-negozjati dwar il-kummerċ ħieles, li għaddejjin u li ġejjin, li qed jitwettqu mill-UE.
Suġġetti oħra fl-aġenda
Il-ministri ġew infurmati wkoll dwar:
- ir-regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd futur
- is-segwitu tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar organiżmi miksuba permezz ta' mutagenesis
- is-sitwazzjoni fis-settur tal-frott
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
- L-UE tadotta miżuri b'appoġġ għall-produtturi ta' farmaċewtiċi ġeneriċi
- 14/05/2019
- Unjoni tas-swieq kapitali: Il-Kunsill jadotta regoli aġġornati għal prodotti ta' derivattivi finanzjarji u kklerjar
- 14/05/2019
- Unjoni Bankarja: il-Kunsill jadotta miżuri biex jitnaqqas ir-riskju fis-sistema bankarja
- 14/05/2019
- Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE: il-Kunsill jadotta regolamenti
- 14/05/2019
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025