- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 28/01/2019, 28 ta' Jannar 2019
Riżultati ewlenin
Il-presidenza ppreżentat il-prijoritajiet u l-programm tagħha, li l-għan ġenerali tagħhom ser ikun li tiġi żgurata l-koeżjoni bħala valur Ewropew komuni.
Fil-qasam tal-agrikoltura, il-prijorità ewlenija tal-presidenza Rumena ser tkun li tinnegozja l-pakkett leġislattiv marbut mar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-2021-2027. Fost il-prijoritajiet l-oħrajn ser ikun hemm il-bijoekonomija, l-innovazzjoni u r-riċerka agrikola, il-proteini tal-pjanti, u s-saħħa tal-pjanti u tal-annimali.
Dwar is-sajd, il-presidenza ser tkompli l-ħidma fuq il-pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali u l-fond Ewropew għall-affarijiet marittimi u s-sajd (FEMS), kif ukoll fuq id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd.
Il-pakkett ta' riforma tal-PAK ta' wara l-2020
Il-Politika Agrikola Komuni tagħti kontribut kbir biex tiżdied il-koeżjoni taż-żoni rurali u għall-preservazzjoni tal-vitalità u l-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea. Huwa għalhekk li hu tant importanti li jkollna PAK moderna u li taħdem sew. Ser nistinkaw biex niksbu dan ir-riżultat. Petre Daea, Ministru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tar-Rumanija u President tal-Kunsill
Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar il-mudell ta’ implimentazzjoni ġdid propost fil-pakkett ta' riforma tal-PAK ta' wara l-2020, b'attenzjoni partikolari għal elementi bħad-data ta' skadenza annwali, approċċ progressiv għall-miri u devjazzjonijiet possibbli. Il-ministri ddiskutew ukoll ir-riżerva agrikola u d-dixxiplina finanzjarja.
Dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-Kunsill iddiskuta d-dispożizzjonijiet marbutin mal-inbid u partikolarment il-ftuħ possibbli tas-suq għal varjetajiet ġodda ta' għeneb tal-inbid. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għarrfet lill-ministri dwar l-arkitettura ekoloġika.
F'dan il-kuntest, il-Kunsill kellu l-opportunità wkoll li jisma' mingħand grupp ta' delegazzjonijiet dwar it-tentattiv tagħhom li jkollhom finanzjament adegwat għall-iżvilupp rurali fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.
Il-pjan tal-UE dwar il-proteini tal-pjanti
Nemmnu bis-sħiħ li jridu jittieħdu azzjonijiet konkreti u jrid isir investiment biex jiġi appoġġat it-tkabbir ta' settur li jaqdi rwol essenzjali kemm fin-nutriment tal-bnedmin kif ukoll fl-għalf tal-annimali. Petre Daea, Ministru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tar-Rumanija u President tal-Kunsill
Il-Kunsill ingħata tagħrif fuq ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tal-proteini tal-pjanti fl-Unjoni Ewropea u esplora modi li bihom il-produzzjoni tagħhom tkun tista' tiżdied b'mod ekonomikament u ambjentalment għaqli. Dawn ikkonċentraw b'mod partikolari fuq għodod prattiċi u opportunitajiet potenzjali, kif ukoll fuq ir-rwol tal-appoġġ akkoppjat volontarju.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ngħataw tagħrif ukoll dwar:
- l-eżitu tal-konferenza "Il-Qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-UE u l-ġestjoni fit-tul tal-popolazzjonijiet tal-ħalluġ"
- l-istabbiliment ta' Ċentru Internazzjonali għal Soluzzjonijiet għar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi
- il-kwistjoni tal-kwalità doppja tal-oġġetti tal-ikel
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025