Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 19/11/2018, 19 ta' Novembru 2018

Sajd

Is-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-ħut u l-vijabilità tal-industrija tas-sajd tal-UE huma kriterji ewlenin meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-limiti ta’ qbid. Illum iddeċidejna li jsir tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-baħar fond fl-2019 u l-2020. Dan għandu jipproteġi l-ambjent marittimu tagħna u, fil-perjodu aktar fit-tul, jgħin lill-industrija tagħna. Elisabeth Köstinger, Ministru Federali tal-Awstrija għas-Sostenibbiltà u t-Turiżmu u President tal-Kunsill
Highlights from Agriculture and Fisheries Council of 19 November 2018

Il-Kunsill qabel dwar l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet tal-UE u f’dawk internazzjonali fil-Grigal tal-Atlantiku għall-2019 u l-2020.

Fid-dawl tal-vulnerabbiltà tal-ispeċijiet tal-baħar fond għal attività mill-bniedem, u sabiex jiġi evitat l-isfruttament żejjed tagħhom, il-Kunsill iddeċieda li jnaqqas it-TACs għall-biċċa l-kbira tal-istokkijiet.

Il-ministri kienu infurmati wkoll dwar l-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

Agrikoltura

L-agrikoltura moderna jeħtieġ tkun appoġġata minn approċċ politiku għaqli, ambizzjuż u kumplessiv. Illum iddiskutejna bosta aspetti ewlenin: l-iżviluppi fis-swieq agrikoli ewlenin, il-miżuri eżistenti ta’ appoġġ għas-suq u l-passi li jmiss fid-direzzjoni ta’ agrikoltura prospera iżda wkoll li tipproteġi lill-bdiewa. Elisabeth Köstinger, Ministru Federali tal-Awstrija għas-Sostenibbiltà u t-Turiżmu u President tal-Kunsill

Sitwazzjoni tas-suq

Il-Kummissarju aġġorna lill-Kunsill dwar l-aħħar żviluppi fl-aktar swieq agrikoli importanti, b’mod partikolari fis-swieq tal-prodotti tal-ħalib, taz-zokkor u tal-laħam tal-majjal.

Il-ministri laqgħu s-sitwazzjoni u l-perspettivi ekonomiċi ġeneralment pożittivi fl-oqsma tas-swieq prinċipali, iżda esprimew ukoll tħassib fir-rigward tas-sitwazzjoni diffiċli fis-settur tal-laħam tal-majjal b’rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer u appellaw għal monitoraġġ bir-reqqa tas-settur taz-zokkor.

Pakkett ta’ riforma tal-Politika Agrikola Komuni għal wara l-2020

F’sessjoni pubblika, il-Kunsill iddiskuta żewġ rapporti ta’ progress dwar il-ħidma li saret dwar il-proposti għal regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-PAK, u dwar organizzazzjoni komuni ta’ prodotti agrikoli.

Il-ministri ffokaw l-interventi tagħhom fuq ir-responsabbiltajiet akbar tal-korpi nazzjonali fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-PAK u reġgħu ddikjaraw il-ħtieġa għal PAK sempliċi u effettiva mingħajr piżijiet amministrattivi eċċessivi. B’mod ġenerali huma kienu wkoll tal-fehma li l-istrumenti ta’ appoġġ tas-suq eżistenti taw prova li huma effettivi kontra tfixkil fis-suq.

Protezzjoni tal-pjanti

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-isfidi attwali fil-qasam tal-protezzjoni tal-pjanti, b’fokus doppju fuq is-saħħa tal-pjanti u l-istat ta’ tħejjija kontra mard eżotiku ġdid minn naħa waħda, u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, id-disponibbiltà tagħhom, u s-sistema ta’ approvazzjoni u awtorizzazzjoni tagħhom.

Il-ministri ssottolinjaw l-importanza ta’ dan id-dibattitu fil-kuntest usa’ tat-tibdil fil-klima u l-kummerċ globali li jżidu l-possibiltajiet ta’ organiżmi ta’ ħsara u mard tal-pjanti ġdid.

EU-Afrika

Fil-preżenza tas-Sur Tom Arnold, president tat-Task Force dwar l-Afrika Rurali (TFRA), il-Kunsill ingħata informazzjoni dwar il-ħidma tat-TFRA. It-task force ġiet stabbilita f’April 2018 biex tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jissaħħaħ is-settur rurali Afrikan, u dwar kif jista’ jittejjeb ir-rwol tal-UE fil-ħolqien tal-impjiegi u fl-iżvilupp ekonomiku. Il-ministri kellhom skambju ta' ideat dwar kif għandha tiġi stabbilita l-prijorità tal-azzjonijiet u dwar kif jista' jiġi massimizzat l-impatt tal-investimenti fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali Afrikani.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025