- Kunsill Agrikoltura u Sajd
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 18/06/2019, 18 ta' Ġunju 2019
Riżultati ewlenin
Sajd
Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2021-2027
Il-FEMS huwa kruċjali biex tiġi żgurata implimentazzjoni tajba tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd. Fil-passat l-effettività tiegħu ddgħajfet minn regoli kumplessi u l-burokrazija, iżda l-Kunsill huwa impenjat li jibdlu f'għodda flessibbli u li taħdem għas-servizz tas-sajjieda Ewropej. Petre Daea, Ministru għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tar-Rumanija u President tal-Kunsill
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni ta’ negozjar tiegħu ("approċċ ġenerali parzjali") rigward il-proposta għal regolament dwar il-FEMS 2021–2027, bil-għan li jitrawwem settur tas-sajd dinamiku, jiġi appoġġat it-tiġdid ġenerazzjonali ta’ settur li qed jiqdiem, u jiġi żgurat livell ta’ għajxien ġust għall-komunitajiet kostali.
- Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2021-2027: Il-Kunsill huwa lest jinnegozja mal-Parlament Ewropew (stqarrija għall-istampa, 18/06/2019)
- Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (informazzjoni ġenerali)
Opportunitajiet tas-sajd għall-2020
Il-Kunsill ingħata informazzjoni dwar komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd u rigward il-konsultazzjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020.
Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-opportunitajiet tas-sajd tagħti bidu għall-eżerċizzju annwali tal-istabbiliment tal-qabdiet totali permissibbli (TACs) u l-kwoti nazzjonali għas-sena ta’ wara. It-TACs għall-Baħar Baltiku ser jiġu stabbiliti f'Ottubru u għall-Baħar tat-Tramuntana f'Diċembru 2019.
Agrikoltura
Pakkett ta' riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) wara l-2020
F'sessjoni pubblika l-Kunsill iddiskuta rapport ta' progress tal-presidenza dwar il-ħidma li saret fil-Kunsill fuq il-proposti kollha tal-Kummissjoni tal-pakkett ta' riforma tal-PAK, li jinkludi regolamenti dwar il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK, il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-PAK, u l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli.
Suġġetti oħra fuq l-aġenda
Il-ministri ġew informati wkoll dwar:
- is-sitwazzjoni kritika tal-istokk tal-bakkaljaw tal-Baltiku tal-Lvant
- rakkomandazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 11 tal-Politika Komuni tas-Sajd
- ir-riżultat ta’ kungress dwar l-arkitettura ekoloġika tal-PAK wara l-2020 "Deeping into Eco-Schemes", li sar f’Zafra, Spanja, mid-29 sal-31 ta’ Mejju 2019
Barra minn dan, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-bijosigurtà.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Miruna Georgescu Press officer
- +32 471 33 53 34
- +32 2 281 47 70
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #AGRIFISH
Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025