Skip to content
  • Kunsill Agrikoltura u Sajd

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-agrikoltura, 2 ta' Marzu 2022

Riżultati ewlenin

Il-ministri għall-agrikoltura kellhom laqgħa straordinarja permezz ta' vidjokonferenza biex jiddiskutu r-riskju ta' pressjonijiet sinifikanti li qed jiffaċċaw is-settur tal-agrikoltura u s-settur agroalimentari wara l-invażjoni tal-Ukrajna. L-għan tal-laqgħa kien li jiġu kondiviżi informazzjoni inizjali u previżjonijiet dwar il-provvista u l-prezzijiet, jiġu identifikati kwistjonijiet li jeħtieġu viġilanza partikolari, u jiġu kkunsidrati miżuri li jistgħu jittieħdu kemm internament kif ukoll f'termini ta' kooperazzjoni internazzjonali.

Julien Denormandie, Ministru għall-Agrikoltura u l-Ikel ta' Franza
L-avvenimenti terribbli li qed iseħħu fl-Ukrajna jitfgħu dawl traġiku fuq il-ħtieġa li nsaħħu s-sovranità tagħna tal-ikel sabiex niżguraw is-sigurtà tal-ikel fi żminijiet ta' kriżi, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll madwar id-dinja.
Julien Denormandie, Ministru għall-Agrikoltura u l-Ikel ta' Franza
Julien Denormandie, Ministru għall-Agrikoltura u l-Ikel ta' Franza

Il-ministri bdew billi esprimew is-solidarjetà unanima tagħhom mal-Ukrajna u appellaw biex tiġi mobilizzata l-għajnuna alimentari u umanitarja meħtieġa.

Imbagħad iddiskutew l-impatt potenzjalmentsinifikanti tal-kriżi attwali fuq is-sitwazzjoni tas-suq għall-prodotti agrikoli, kif ukoll fuq l-aċċess għall-materja prima u l-inputs agrikoli.

Wara l-laqgħa u d-dikjarazzjonijiet mill-ministri, il-Kummissarju tal-UE għall-Agrikoltura, Janusz Wojciechowski, esprima l-intenzjoni tiegħu li:

  • jattiva l-għodod ta' monitoraġġ tal-kriżijiet, b'mod partikolari l-mekkaniżmu Ewropew ta' tħejjija u rispons għall-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel stabbilit mill-Kummissjoni, u l-grupp ta' ħidma ta' livell għoli dwar is-settur tal-laħam tal-majjal imħabbar fil-laqgħa tal-Kunsill tal-21 ta' Frar;
  • jikkunsidra l-introduzzjoni ta' miżuri eċċezzjonali taħt ir-regolament tal-Organizzazzjoni Komuni għal Swieq Agrikoli (OKS) immirati lejn is-setturi l-aktar affettwati miż-żieda fl-ispejjeż tal-input;
  • jikkunsidra l-adozzjoni ta' miżuri mmirati biex jiżguraw u jilliberaw il-kapaċità ta' produzzjoni tal-Ewropa fl-2022, bħall-użu ta' raba' mistrieħa għall-għelejjel li fihom il-proteini.

Dawn il-miżuri ser jiġu diskussi mill-Kumitat Speċjali dwar l-Agrikoltura kif ukoll fil-Kunsill Agrikoltura u Sajd li jmiss fil-21 ta' Marzu.

Għadd ta' stati membri appellaw ukoll għal strateġija aktar fit-tul u sett ta' għodod li għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista' jkun bil-ħsieb li jittejbu r-reżiljenza u s-sovranità tal-ikel tal-UE, u biex is-sovranità tal-ikel tiġi inkorporata fil-politika agrikola tal-UE.

Ingħatat attenzjoni wkoll lis-sigurtà tal-ikel fil-Mediterran u f'pajjiżi aktar vulnerabbli. F'dan ir-rigward, il-ministri enfasizzaw l-importanza li jiġu mobilizzati l-fora internazzjonali rilevanti kollha, inkluż l-OECD, il-G20, il-G7 u l-FAO, biex tiġi analizzata l-kwistjoni u biex jiġu kkunsidrati reazzjonijiet fuq terminu qasir u medju. Il-ministri osservaw b'mod partikolari li l-laqgħa li jmiss tal-Forum ta' Reazzjoni Rapida tal-AMIS, osservatorju tas-suq stabbilit mill-G20 fl-2011, għandha tipprovdi sitwazzjoni attwali tas-sitwazzjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025