"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-Ministru Franċiż għall-Agrikoltura u l-Ikel, Julien Denormandie, ippreżenta l-prijoritajiet tal-presidenza fil-qasam tal-agrikoltura u s-sajd. Dawn il-prijoritajiet jinkludu, minn naħa, ir-reċiproċità tal-istandards kummerċjali – fi kliem ieħor, li jiġi żgurat (prinċipalment permezz ta’ "klawżoli mera") li l-prodotti agroalimentari importati fl-Ewropa jirrispettaw l-istandards ambjentali u tas-saħħa tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu sostenibbli ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – u, min-naħa l-oħra, agrikoltura b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, b'mod partikolari s-sekwestru tal-karbonju fil-ħamrija agrikola.
Il-Presidenza ser timmira wkoll li tmexxi 'l quddiem il-ħidma fl-oqsma li ġejjin: evalwazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali, bħala parti mill-isforzi biex tiġi żgurata t-trasparenza tar-riforma tal-PAK; il-proposta għal regolament dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikolu; reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi; ir-regolament dwar prodotti mingħajr deforestazzjoni; u l-politika tal-UE dwar il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli.
Fis-sajd, il-presidenza ser tiffoka fuq ir-reviżjoni tar-regolament dwar il-kontroll tas-sajd u ser tipproponi dibattitu politiku dwar il-politika komuni tas-sajd u l-implimentazzjoni tagħha.
L-importazzjoni ta' prodotti fis-suq Ewropew li ma jirrispettawx l-istandards ta' produzzjoni tal-UE stess hija inkonsistenti minn kull perspettiva, kemm jekk ekonomika, ambjentali jew relatata mal-ikel. It-teħid ta' azzjoni biex jiġi żgurat li l-istandards ikunu reċiproċi huwa kompitu konsiderevoli, u wieħed li huwa fil-quċċata tal-prijoritajiet tal-presidenza Franċiża.
Julien Denormandie, Ministru Franċiż għall-Agrikoltura u l-Ikel
Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kwistjonijiet agrikoli relatati mal-kummerċ. Id-diskussjoni ttrattat b'mod partikolari l-prestazzjoni tal-esportazzjonijiet agroalimentari tal-UE, ir-relazzjonijiet kummerċjali mar-Renju Unit, u l-aħħar żviluppi fin-negozjati dwar l-agrikoltura tad-WTO qabel it-12-il konferenza ministerjali tad-WTO. Id-delegazzjoni Pollakka tkellmet ukoll biex tipprovdi informazzjoni dwar l-effetti negattivi potenzjali tal-embargo impost mill-Belarussja fuq l-importazzjoni ta' għadd ta' prodotti agroalimentari, inkluż it-tuffieħ.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni u l-istati membri, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni tas-suq għall-prodotti agrikoli. Għalkemm is-settur agroalimentari tal-UE kien, b'mod ġenerali, għaddej tajjeb, l-istati membri enfasizzaw għadd ta' tħassib, b'mod partikolari l-impatt fuq l-agrikoltura taż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija, tal-input u tal-għalf. Id-delegazzjoni Ċeka tkellmet ukoll biex tipprovdi informazzjoni dwar l-isfidi li qed jiffaċċa s-settur tal-laħam tal-majjal fl-Ewropa; dan il-punt segwa fuq punti simili mqajma f'laqgħat preċedenti tal-Kunsill u kien appoġġat minn għadd ta' delegazzjonijiet. Suġġetti oħra diskussi kienu jinkludu l-mard veterinarju, bħad-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja, u l-iżviluppi fil-livell internazzjonali.
Komunikazzjoni dwar iċ-ċikli tal-karbonju sostenibbli
Il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha dwar iċ-ċikli tal-karbonju sostenibbli, li twitti t-triq għal azzjoni futura mmirata biex tappoġġa miżuri proattivi meħuda mill-bdiewa biex jiffaċilitaw it-tneħħija tal-karbonju mill-atmosfera u jnaqqsu l-konċentrazzjoni atmosferika tas-CO2. B'mod ġenerali, il-ministri laqgħu l-komunikazzjoni u bosta tkellmu biex jaqsmu r-reazzjonijiet tagħhom. Il-punti mqajma matul id-diskussjoni inkludew il-ħtieġa li tiġi salvagwardjata s-sigurtà tal-ikel (li hija l-għan ewlieni tal-politika agrikola), jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ma' politiki oħra tal-UE (bħall-PAK) u jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull stat membru. Il-presidenza pproponiet li jiġu adottati konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-aspetti agrikoli ta' din il-komunikazzjoni.
Matul il-laqgħa, il-ministri rċevew informazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-konferenza ta' livell għoli reċenti "It-trattament xieraq tal-annimali fl-UE, illum u għada".
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.