"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 21 ta' Marzu 2022

Riżultati ewlenin

Is-sitwazzjoni tas-suq wara l-invażjoni tal-Ukrajna

Il-Kunsill stieden lill-ministru għall-agrikoltura tal-Ukrajna, Roman Leshchenko, biex jitkellem permezz ta' konnessjoni bil-vidjo dwar is-sitwazzjoni agrikola u l-ħtiġijiet prevalenti f'pajjiżu, li mbagħad ġew diskussi mill-ministri. Il-ministri komplew bi skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni tas-suq għall-prodotti agrikoli u agroalimentari u s-sitwazzjoni tas-settur agrikolu tal-UE, minħabba l-impatt tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Huma ddiskutew miżuri li jistgħu jittieħdu mhux biss biex ikomplu jissalvagwardaw il-provvisti tal-ikel fuq terminu qasir, iżda wkoll biex isaħħu s-sigurtà alimentari u s-sovranità tal-ikel fuq perjodu medju u fit-tul. Id-diskussjoni ttrattat ukoll l-impatt potenzjali tal-kriżi fuq is-sigurtà alimentari ta' pajjiżi li mhumiex fl-UE. L-opzjoni li tiġi kkultivata art imwarrba fl-2022 tħabbret bħala parti minn dawn il-miżuri.

Il-ministri ngħataw ukoll sommarju mid-delegazzjoni Ġermaniża tal-laqgħa tal-G7 tal-ministri għall-agrikoltura li saret fil-11 ta' Marzu, u rċevew informazzjoni mid-delegazzjoni Netherlandiża dwar l-użu ta' fertilizzanti b'bażi bijoloġika.

Julien Denormandie, Ministru għall-Agrikoltura u l-Ikel ta' Franza
Wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, kien essenzjali għalina li nuru s-solidarjetà tagħna mal-Ukrajna. Kellna diskussjoni mal-ministru Ukren biex niddeterminaw x'tip ta' assistenza għandha tingħata malajr. Barra minn hekk, kellna bżonn nieħdu miżuri urġenti biex niżguraw mhux biss is-sovranità tal-ikel fl-UE, iżda wkoll is-sigurtà alimentari fil-livell globali. Illum il-ministri għall-agrikoltura tal-UE wrew l-impenn tagħhom li jużaw soluzzjonijiet effettivi fuq terminu qasir, medju u twil, kif ukoll li jappoġġaw is-settur tal-biedja tal-Ukrajna.
Julien Denormandie, Ministru għall-Agrikoltura u l-Ikel ta' Franza
Julien Denormandie, Ministru għall-Agrikoltura u l-Ikel ta' Franza

Approvazzjoni tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK

Il-Kummissjoni aġġornat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-evalwazzjoni tagħha tal-pjanijiet strateġiċi taħt il-PAK futura. Segwa skambju ta' fehmiet, li ffoka b'mod partikolari fuq:

  • il-ħtieġa li l-pjanijiet jiġu approvati malajr sabiex jiġi żgurat li l-bdiewa jkunu konxji tar-regoli l-ġodda
  • Il-ħtieġa għal flessibbiltà biex il-pjanijiet jiġu adattati bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sigurtà alimentari wara l-gwerra fl-Ukrajna
  • il-kriterji użati mill-Kummissjoni biex tapprova l-pjanijiet
  • it-trasparenza tal-proċess

Id-delegazzjoni Ungeriża tkellmet ukoll biex tippreżenta dikjarazzjoni f'isem il-Grupp ta' Visegrad, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Rumanija u s-Slovenja dwar miżuri fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom li huma ħassew li jikkontribwixxu għal agrikoltura Ewropea aktar ġusta u aktar ekoloġika.

Illustrazzjoni li turi trakk qed iġorr prodotti agrikoli

Politika agrikola aktar ġusta, aktar ekoloġika u bbażata aktar fuq ir-rendiment (Infografika)

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Matul il-laqgħa, id-delegazzjonijiet ipprovdew informazzjoni dwar is-suġġetti li ġejjin: l-għalla li fiha l-proteini (Awstrija); ir-reviżjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (Spanja); ir-reviżjoni tad-direttiva dwar il-pestiċidi sostenibbli (Polonja), l-impatt taż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil fuq l-attività tas-sajd (Spanja); u alternattivi għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Slovenja).

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li dehru fil-lista ta' punti A mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025