"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Bil-permess tiegħek, ser nużaw cookies biex nipproduċu data aggregata anonima dwar in-navigazzjoni u l-imġiba tal-viżitaturi fuq is-sit web tagħna. Ser nużaw din id-data biex intejbu l-esperjenza tiegħek tan-navigazzjoni fuq is-sit web tagħna.
Il-ministri evalwaw is-sitwazzjoni tas-suq fl-istati membri, b'mod partikolari fid-dawl tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna. Ngħataw ukoll informazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-aħħar żviluppi fis-swieq agrikoli. Filwaqt li f'dawn l-aħħar xhur kien hemm stabbiltà akbar, il-prezzijiet tal-enerġija u tal-input għadhom għoljin u dan idgħajjef il-profittabbiltà u jwassal għal prezzijiet għoljin għall-konsumatur. Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-azzjonijiet possibbli biex jgħinu jtaffu s-sitwazzjoni fl-Ukrajna fuq terminu qasir u twil, u ġeddew l-impenn tagħhom li jkomplu jiffaċilitaw u jsaħħu l-konnettività tal-art permezz tal-korsiji ta' solidarjetà tal-UE. Barra minn hekk, il-ministri rrikonoxxew l-impatt tal-gwerra fuq is-swieq tal-UE u ddiskutew miżuri ta' appoġġ għas-setturi l-aktar milquta, inkluż l-użu possibbli tar-riżerva għall-agrikoltura.
Filwaqt li f'dawn l-aħħar xhur is-swieq stabbilizzaw ruħhom, il-gwerra Russa kontra l-Ukrajna żammet il-prezzijiet tal-enerġija u tal-input għoljin, u b'hekk dgħajfet il-profittabbiltà tal-produtturi u wasslet għal prezzijiet għoljin għall-konsumatur. Il-Kunsill tal-lum wera appoġġ ċar biex l-Ukrajna tkun megħjuna, inkluż permezz tal-korsiji ta' solidarjetà. Il-ministri rrikonoxxew il-pressjoni fuq il-produtturi tal-UE u ddiskutew miżuri ta' appoġġ potenzjali biex jgħinu lis-settur agroalimentari tal-UE u jiżguraw il-kompetittività u r-reżiljenza tiegħu, inkluż il-possibbiltà li jkun hemm bżonn tiġi attivata r-riżerva agrikola.
Peter Kullgren, ministru Żvediż għall-affarijiet rurali
Il-ministri ddiskutew l-opportunitajiet tal-bijoekonomija bil-ħsieb li jiġu adottati konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-suġġett. Id-diskussjoni ministerjali ffukat b'mod speċjali fuq il-benefiċċji tal-bijoekonomija għaż-żoni rurali u rrikonoxxiet il-kontribut li l-bijoekonomija tista' tagħti biex jiġu indirizzati bostamill-isfidi tal-lum, inkluż it-tibdil fil-klima, l-impjiegi, il-kompetittività, l-enerġija u r-reżiljenza. Fl-UE u fl-istati membri diġà jeżistu xi azzjonijiet. Il-ministri qablu li jista' jsir aktar biex jiġi sfruttat il-potenzjal, bħall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi finanzjarji għall-innovazzjoni u l-iżgurar li l-politika tal-UE qed tappoġġa l-iżvilupp ta' bijoekonomija sostenibbli.
Affarijiet oħra
Il-ministri ġew infurmati dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport tal-annimali u l-ħtieġa għal trattament xieraq aħjar tal-annimali waqt it-trasport fis-suq uniku u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Fil-kuntest tal-gwerra fl-Ukrajna, il-ministri ġew infurmati wkoll dwar il-miżuri ta' appoġġ għall-introjtu għall-2023, l-impatt tal-importazzjonijiet agrikoli mill-Ukrajna fuq is-swieq tal-UE, u l-ħtieġa għal approċċ strateġiku fit-tul għas-settur agroalimentari biex jiġu żgurati r-reżiljenza u l-kompetittività globali tal-UE. Il-ministri ġew infurmati wkoll dwar l-aspetti agrikoli tar-reviżjoni tad-direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali, id-direttiva tal-Kunsill dwar l-għasel u l-konferenza tal-ministri għall-agrikoltura, li saret fil-kuntest tal-forum globali tal-2023 għall-ikel u l-agrikoltura.
Punti ''A''
Introjtu minimu adegwat
Din ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandha l-għan li tiġġieled il-faqar u l-esklużjoni soċjali, u li tikseb livelli għolja ta' impjiegi billi tippromwovi appoġġ adegwat għall-introjtu permezz ta' introjtu minimu, aċċess effettiv għas-servizzi faċilitattivi u essenzjali għal persuni neqsin minn riżorsi suffiċjenti u billi trawwem l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' dawk li jistgħu jaħdmu.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.