"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Agrikoltura u Sajd

Kunsill Agrikoltura u Sajd, 21 ta' Novembru 2022

Riżultati ewlenin

Agrikoltura

Strateġija Ġdida tal-UE għall-Foresti 2030

Il-ministri għall-agrikoltura ddiskutew il-progress li sar s'issa fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija l-Ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030, kif ukoll il-miżuri li jistgħu jittieħdu kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE biex tittejjeb l-effiċjenza tagħha. Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar kif tista' tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-istati membri u l-partijiet ikkonċernati, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija u jiġi ggarantit qafas ta' governanza tal-foresti inklużiv u koerenti fl-UE.

Il-foresti u art imsaġġra oħra jkopru aktar minn 43,5 % tal-UE u huma essenzjali għas-saħħa u l-benesseri tal-Ewropej. Il-foresti għandhom rwol ewlieni fl-ekonomija u s-soċjetà tagħna, peress li joħolqu impjiegi u jipprovdu ikel, mediċina, materjali, ilma nadif, u riżorsi oħra. Huma wkoll alleat naturali fl-adattament u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Biż-żieda fl-isfidi kkawżati mit-tibdil fil-klima, il-Kummissjoni ressqet Strateġija Ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030 fis-16 ta' Lulju 2021, f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030. Fil-15 ta' Novembru 2021, il-ministri għall-agrikoltura adottaw konklużjonijiet dwar l-Istrateġija l-Ġdida tal-UE għall-Foresti għall-2030 u stiednu lill-Kummissjoni biex tirrapporta kull sena lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tagħha.

Affarijiet oħra

Il-ministri ddiskutew ukoll l-aspetti agrikoli, tal-forestrija u tal-baħar tar-regolament propost dwar ir-restawr tan-natura, kif ukoll l-eżitu tal-Konferenza tal-UE dwar il-Bijoekonomija 2022. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll il-komunikazzjoni tagħha dwar il-fertilizzanti, li tispjega l-ħtieġa li jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-fertilizzanti bħala bażi għas-sigurtà tal-ikel.

Zdeněk Nekula, ministru għall-agrikoltura taċ-Ċekja
Biż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-fertilizzanti, huwa d-dmir tagħna li nagħmlu kull sforz biex inżommu l-prezzijiet tal-ikel madwar l-UE f'livell raġonevoli. Biex jinkiseb dan, huwa meħtieġ li tiġi żgurata u stabbilizzata l-produzzjoni tal-fertilizzanti fl-UE u li jiġi żgurat li l-bdiewa jkollhom aċċess għal fertilizzanti affordabbli. L-aggressjoni Russa tipperikola l-produzzjoni agrikola tagħna. Irridu naġixxu u nsaħħu l-awtonomija strateġika tagħna fis-settur biex niżguraw ħsad suffiċjenti s-sena d-dieħla.
Zdeněk Nekula, ministru għall-agrikoltura taċ-Ċekja
Zdeněk Nekula, ministru għall-agrikoltura taċ-Ċekja

Fl-aħħar nett, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-ħtieġa li tiġi promossa t-tranżizzjoni tal-enerġija fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, u li jiġi żgurat settur tal-algi b'saħħtu u sostenibbli.

Il-Kunsill adotta wkoll, mingħajr diskussjoni, il-punti li jidhru fil-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Agrikoltura u Sajd

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025