"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Kunsill Agrikoltura u Sajd, 11 u 12 ta' Diċembru 2022
Riżultati ewlenin
Sajd
Opportunitajiet tas-sajd għall-2023
Wara jumejn ta' negozjati, il-ministri għall-agrikoltura u s-sajd laħqu qbil politiku dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2023, filwaqt li ħadu kont tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli u rrispettaw l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd (PKS), kif ukoll il-pjanijiet pluriennali tal-UE għal diversi baċiri tal-baħar.
Irnexxielna nuru li l-Kunsill huwa determinat li jippreserva u jerġa' jġib l-istokkijiet tal-ħut f'livelli sostenibbli, u fl-istess ħin iħares il-futur tal-komunitajiet li jiddependu mis-sajd.
Zdeněk Nekula, ministru għall-agrikoltura taċ-Ċekja
Dan il-qbil jistabbilixxi limiti fuq il-qbid għal aktar minn 200 stokk ta' ħut kummerċjali fl-Atlantiku, fil-Baħar tat-Tramuntana, fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, kif ukoll għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond għall-2023 u l-2024. Rigward l-istokkijiet tal-ħut kondiviżi mar-Renju Unit, il-ministri qablu li jistabbilixxu kwoti proviżorji għall-ewwel tliet xhur tal-2023, billi l-konsultazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u r-Renju Unit u l-UE u n-Norveġja dwar l-istokkijiet tal-ħut kondiviżi għadhom għaddejjin. Dawn il-limiti proviżorji fuq il-qbid jinkludu riportament temporanju tal-opportunitajiet eżistenti tas-sajd għall-ewwel tliet xhur bi proporzjon ta' 25% mal-livelli tat-TAC ta' din is-sena, biex jiġi kopert l-ewwel kwart tal-2023. Din l-istaġjonalità tqieset għat-tip ta' sajd li jsir l-aktar fl-ewwel parti tas-sena. Dan ser jiżgura l-kontinwità għas-sajjieda u s-sajd sostenibbli fiż-żoni rilevanti, sakemm jintlaħaq qbil bejn l-UE u r-Renju Unit. Il-ministri qablu dwar approċċ simili għall-istokkijiet ġestiti flimkien man-Norveġja.
L-iffissar ta' kwoti u limiti tal-qbid (Infografika)
Agrikoltura
Is-sitwazzjoni tas-suq, b'mod partikolari fid-dawl tal-gwerra Russa kontra l-Ukrajna
Il-ministri ħadu kont tas-sitwazzjoni tas-suq fl-istati membri, b'mod partikolari fid-dawl tal-gwerra Russa kontra l-Ukrajna, li qed tikkawża pressjoni u inċertezza bla preċedent fuq il-bdiewa u s-swieq dinjija. Huma tennew l-impatt tal-gwerra fuq is-setturi kollha, bil-produtturi jiffaċċjaw żidiet sinifikanti fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-fjuwil, kif ukoll ħafna sfidi loġistiċi. Il-ministri enfasizzaw ukoll is-sitwazzjoni kritika rigward l-affordabbiltà tal-fertilizzanti u l-impatt li dan jista' jkollu fuq il-prospetti ġenerali għall-ħsad is-sena d-dieħla, filwaqt li ħafna bdiewa x'aktarx inaqqsu l-użu tagħhom tal-fertilizzanti. Il-ministri skambjaw ukoll fehmiet dwar il-possibbiltà li tintuża r-riżerva għall-agrikoltura għall-2023, u saħqu fuq l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-ikel fuq il-konsumaturi.
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Il-ministri skambjaw il-fehmiet tagħhom dwar il-pjanijiet strateġiċi inklużi fil-politika agrikola komuni (PAK), b'mod partikolari fil-kuntest tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u l-isfidi li din qed toħloq għas-settur tal-biedja. Il-ministri ddikjaraw li la jasal Jannar 2023 kienu lesti jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali, bl-ewwel sena x'aktarx tkun partikolarment diffiċli, speċjalment fir-rigward tal-istabbiliment ta' sistemi ta' kontroll u l-iżgurar ta' implimentazzjoni xierqa.
F'Jannar ser nibdew nimplimentaw il-politika agrikola komuni l-ġdida. L-invażjoni Russa fl-Ukrajna kienet ta' tfixkil għall-bdiewa tagħna fl-UE. Ninsab kuntent li kellna diskussjoni sinċiera dwar is-sitwazzjoni attwali u l-possibbiltà li jkollna naġġustaw il-pjanijiet strateġiċi biex jirriflettu realtà ġdida.
Zdeněk Nekula, ministru għall-agrikoltura taċ-Ċekja
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Politika agrikola aktar ġusta, aktar ekoloġika u bbażata aktar fuq ir-rendiment (Infografika)
It-trattament xieraq tal-annimali
Il-ministri ddiskutew pubblikament l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali dwar it-trattament xieraq tal-annimali u saħqu li hemm bżonn li l-leġiżlazzjoni attwali tiġi riveduta mill-aktar fis possibbli biex jiġi protett it-trattament xieraq tal-annimali u biex jiġi adottat approċċ armonizzat fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, il-ministri esprimew il-prijoritajiet ewlenin tagħhom rigward ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni u saħqu li din il-proposta riveduta tiżgura wkoll kompetizzjoni aktar ġusta għall-bdiewa u għal operaturi oħra ta' negozji tal-ikel fl-istati membri.
Il-ministri ddiskutew il-kwoti pluriennali tas-sajd u l-importanza tagħhom fl-iżgurar tal-prevedibbiltà għas-sajjieda, kif ukoll għas-sostenibbiltà tal-istokkijiet. Barra minn hekk, ġew infurmati mill-presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali tar-regolament dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-iskemi ta' kwalità madwar l-UE u skambjaw il-fehmiet tagħhom dwar ir-regolament dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi. Iddiskutew ukoll it-tikkettar fuq quddiem tal-pakkett u t-tikkettar tal-ikel sostenibbli.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.