"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 12/03/2018, 12 ta' Marzu 2018

Riżultati ewlenin

Il-futur tal-politika industrijali

Il-Kunsill kellu diskussjoni dwar il-politika industrijali u adotta konklużjonijiet dwar strateġija tal-politika industrijali tal-UE futura.

Il-konklużjonijiet jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti għal strateġija fit-tul għall-industrija Ewropea sabiex tagħti spinta lill-kompetittività, it-tkabbir u l-innovazzjoni fl-Ewropa.

Il-politika industrijali tagħna hija kwistjoni strateġika għall-Ewropa – dak li nagħmlu issa ser jiddetermina fejn ser ikunu jinsabu l-ekonomija u s-soċjetà tagħna għaxar snin oħra. Dan jissottolinja l-ħtieġa li jkollna approċċ usa', fit-tul u li jħares 'il quddiem. Żviluppi reċenti servew biss biex jikkonfermaw il-ħtieġa li jiġu identifikati azzjonijiet strateġiċi b'appoġġ għall-industrija Ewropea, li jgħinuha tadatta, tattira l-investimenti u toħloq l-impjiegi. Emil Karanikolov, Ministru għall-Ekonomija tal-Bulgarija

Id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija: Semestru Ewropew 2018

Il-ministri iddiskutew id-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE fil-kuntest taċ-ċiklu tas-semestru Ewropew.

Huma enfasizzaw għadd ta' prijoritajiet fil-qasam tar-riforma strutturali li huma meħtieġa kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali sabiex jieħdu l-benefiċċji kollha tat-trasformazzjoni diġitali.

Il-25 anniversarju tas-suq uniku: it-triq 'il quddiem

Il-ministri ddiskutew it-triq 'il quddiem biex itejbu u japprofondixxu is-suq uniku.

Fl-2018 qed niċċelebraw 25 sena mill-ħolqien tas-suq uniku. Matul dan iż-żmien, twettaq ħafna xogħol u qed naraw il-ħafna benefiċċji li qed igawdu nies u kumpaniji madwar l-UE. Madankollu ma nistgħux nieqfu hemm. Irridu naħdmu aktar sabiex nieħdu nisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet kbar ħafna li s-suq uniku għad jista' jiġġenera f'termini ta' prosperità u benesseri. Emil Karanikolov, Ministru għall-Ekonomija tal-Bulgarija

Restrizzjonijiet fis-swieq tas-servizzi: eżami tal-kompetittività

Skont id-dibattitu regolari dwar l-eżami tal-kompetittività, il-ministri eżaminaw l-ispejjeż imġarrba minn restrizzjonijiet mhux dovuti fis-swieq tas-servizzi.

Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tas-setturi tal-manifattura li jużaw dawk is-servizzi, u jnaqqsu l-produttività tagħhom.

It-tneħħija ta' restrizzjonijiet żejda tista' tipproduċi gwadanji sostanzjali għall-ekonomija reali, b'mod partikolari fis-settur tal-bejgħ bl-imnut.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025