- Kunsill Kompetittività
Kunsill Kompetittività, 30/11-01/12/2017, 30 ta' Novembru - 1 ta' Diċembru 2017
Riżultati ewlenin
Gateway diġitali unika
Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali) dwar l-istabbiliment ta' gateway diġitali unika li ser tipprovdi online informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi għaċ-ċittadini u l-kumpaniji.
"Jenħtieġ li nagħmluha aktar faċli li ċ-ċittadini u l-kumpaniji tagħna jsibu l-informazzjoni li jeħtieġu, kulfejn jgħixu, jaħdmu jew jagħmlu negozju fl-UE. Il-ħolqien ta' punt uniku ta' servizz online huwa mod konvenjenti kif dan jista' jsir, u dan kien prijorità għall-Presidenza Estonjana. Jirrappreżenta pass ġdid lejn id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi f'sitwazzjonijiet transfruntieri u pass ieħor fil-proċess biex l-Ewropa diġitali ssir realtà." Kadri Simson, Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Infrastruttura tal-Estonja
Strateġija industrijali tal-UE
Il-ministri kellhom diskussjoni dettaljata dwar il-futur tal-politika industrijali tal-UE bbażata fuq rapport tal-Presidenza u l-"Eżami tal-kompetittività" regolari tal-objettivi fit-tul għall-politika industrijali.
Għad-dibattitu ngħaqad magħhom kelliem mistieden mill-koalizzjoni "#Industry4Europe", li tirrappreżenta l-interessi ta’ għadd kbir ta’ assoċjazzjonijiet tal-industrija tal-UE.
Il-ministri adottaw ukoll konklużjonijiet tal-Kunsill li jtennu s-sejħa għal strateġija ta’ politika industrijali tal-UE li tħares ’il quddiem, b’enfasi fuq l-2030 u lil hinn.
Il-programmi spazjali tal-UE
Il-Kunsill iddiskuta t-triq 'il quddiem għall-programmi spazjali tal-UE u adotta konklużjonijiet dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programm Copernicus.
"Illum, għandna żewġ programmi spazjali ewlenin tal-UE, Galileo u Copernicus, li qed jipprovdu valur sinifikanti għaċ-ċittadini Ewropej u għall-ekonomija. Id-data spazjali wriet li għandha potenzjal kbir biex jinħolqu benefiċċji ekonomiċi u jitjiebu l-opportunitajiet tax-xogħol. Jeħtieġ li ngħinu lin-negozji tagħna, b’mod partikolari kumpanniji żgħar u negozji ġodda, biex jieħdu vantaġġ minn din id-data biex jipprovdu applikazzjonijiet u servizzi ġodda. Il-Presidenza Estonjana imbuttat għal rabta iktar b’saħħitha bejn l-ispazju u l-ekonomija diġitali. Id-dinja saret diġitali u l-politika spazjali tal-UE hija strument essenzjali lejn ekonomija diġitalizzata u mmexxija mid-data fl-Ewropa." Urve Palo, Ministru għall-Intraprenditorija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni tal-Estonja
Riċerka u innovazzjoni
Il-Kunsill ser jikkunsidra modi biex jissolvew l-isfidi globali fil-qafas pluriennali tal-UE għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni li jmiss, is-suċċessur tal-programm Orizzont 2020 attwali.
Huwa adotta l-konklużjonijiet: "Mill-evalwazzjoni interim tal-Orizzont 2020 lejn id-disa' programm qafas".
"Id-dibattiti u l-konklużjonijiet tal-lum huma maħsuba biex jiffurmaw ix-xenarju tal-ġejjieni għar-riċerka u l-innovazzjoni. Jeħtieġ li nżidu l-investimenti u nimmassimizzaw l-impatt tar-riżultati biex joffru soluzzjonijiet avvanzati għall-isfidi li s-soċjetà tagħna qed tiffaċċa llum u fil-futur. Hija responsabbiltà kondiviża li r-riċerka tkun prijorità reali madwar l-Unjoni Ewropea jekk irridu li tiżdied il-kapaċità tagħna fl-innovazzjoni. Jeħtieġ li nimmobilizzaw l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa." Mailis Reps, Ministru għall-Edukazzjoni u r-Riċerka tal-Estonja
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Programm indikattiv
- Nota ta' informazzjoni
- Aġenda proviżorja, Kunsill Kompetittività, 30 ta' Novembru u 1 ta' Diċembru 2017
- Lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Kompetittività, 30 ta' Novembru u 1 ta’ Diċembru 2017
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Kompetittività, 30 ta' Novembru u 1 ta’ Diċembru 2017
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, addendum 1, Kunsill Kompetittività, 30 ta' Novembru u 1 ta’ Diċembru 2017
Stqarrijiet għall-istampa
Mill-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020 lejn id-disa' Programm Qafas - 01/12/2017
Programm spazjali Copernicus: konklużjonijiet dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-term - 01/12/2017
Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE: Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet - 30/11/2017
Adottat il-baġit tal-EU għall-2018 - 30/11/2017
Portal Diġitali Uniku: il-Kunsill jaqbel li l-aċċess għal informazzjoni u servizzi jsir aktar faċli - 30/11/2017
Il-protezzjoni tal-konsumatur fl-era diġitali: Il-Kunsill jadotta regolament biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-UE kollha - 30/11/2017
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ferran Tarradellas Espuny Press officer
- +32 473 95 45 74
- +32 2 281 6291
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #COMPET
Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025