"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 28-29/05/2018, 28 u 29 ta' Mejju 2018

Riżultati ewlenin

It-Tnejn, 28 ta' Mejju: Suq intern u industrija

Il-Kunsill qabel dwar approċċ ġenerali għal regolament li għandu l-għan li jtejjeb ir-rikonoxximent reċiproku tal-prodotti kummerċjalizzati fi stat membru ieħor.

Għad irridu negħlbu għadd ta' ostakli artifiċjali f'diversi oqsma tas-suq intern. Ħafna minnhom huma riżultat tal-applikazzjoni ta' regoli differenti f'setturi mhux armonizzati jew implimentazzjoni fqira tal-prinċipji ta' rikonoxximent reċiproku. Il-ftehim tal-lum ser jgħin fil-promozzjoni tal-moviment liberu tal-prodotti fis-suq intern, u għalhekk jiffaċilita l-aċċess għas-suq għall-kumpaniji tagħna, li fl-aħħar mill-aħħar ser ikun ta' benefiċċju għall-konsumaturi Ewropej kollha. Emil Karanikolov, Ministru għall-Ekonomija tal-Bulgarija

Il-ministri ddiskutew proposta reċenti biex jiġu promossi prattiki ġusti għal negozji li joperaw permezz ta' pjattaformi online.

Skont l-"eżami tal-kompetittività" tradizzjonali, il-ministri vvalutaw l-impatt konkret tas-suq intern fuq il-bażi industrijali tal-UE f'termini ta' kompetittività u produttività.

It-Tlieta, 29 ta' Mejju: Riċerka, innovazzjoni u spazju

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-kuntest tal-qafas finanzjarju tal-UE li jmiss mis-sena 2021 sal-2027.

Huwa importanti li jiżdied l-investiment pubbliku fir-riċerka u l-innovazzjoni, iżda dan mhux biżżejjed. Irridu nużaw ir-riżultati tar-riċerka xjentifika u nkunu kapaċi nsarrfuhom f'applikazzjonijiet prattiċi li jistgħu jindirizzaw l-isfidi soċjetali jew jiġġeneraw prodotti li jtejbu l-ħajja tan-nies. Emil Karanikolov, Ministru għall-Ekonomija tal-Bulgarija

L-attivitajiet ta' riċerka mwettqa skont il-programm ta' riċerka EURATOM ser jiġu estiżi sal-aħħar tal-2020, wara qbil fil-Kunsill.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar li titħaffef iċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien fl-UE u dwar il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa. Ħa nota wkoll ta' rapport ta' progress dwar il-proposta li tiġi stabbilita impriża konġunta dwar il-computing ta' prestazzjoni għolja.

Il-ministri ddiskutew il-futur tal-politika Ewropea dwar l-ispazju, b'mod partikolari fil-kuntest tas-suq uniku diġitali.

Fil-kuntest tal-ekonomija diġitali, l-ispazju għandu rwol dejjem aktar importanti x'jaqdi. Huwa infrastruttura inviżibbli użata biex jinkisbu u jitqassmu data u informazzjoni. Dan iwassal biex ifeġġu forom ġodda ta' mudelli tan-negozju. Emil Karanikolov, Ministru għall-Ekonomija tal-Bulgarija

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025