- Kunsill Kompetittività
Kunsill Kompetittività, 27-28/09/2018, 27 u 28 ta' Settembru 2018
Riżultati ewlenin
Suq intern u industrija, 27 ta' Settembru
Il-Kunsill kellu dibattitu pubbliku ta' orjentazzjoni dwar it-tisħiħ tal-kapaċità ta' innovazzjoni tal-industrija tal-UE, b'enfasi fuq l-isfruttament tal-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni u l-Intelliġenza Artifiċjali.
L-isfruttament tal-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni huwa kruċjali għall-kompetittività tal-ekonomija tal-UE. Id-diskussjonijiet tagħna llum huma l-ewwel pass lejn pjan ta' azzjoni tal-UE dwar l-intelliġenza artifiċjali, li ser jgħin biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi. Margarete Schramböck, Ministru Federali għall-Affarijiet Diġitali u Ekonomiċi tal-Awstrija
Skont l-eżami tradizzjonali tal-kompetittività, il-Kunsill ivvaluta l-importanza tal-konverġenza reġjonali bħala fattur li jikkontribwixxi għaż-żieda globali tat-tkabbir tal-produttività u tal-kompetittività.
Riċerka u innovazzjoni, 28 ta' Settembru
Filgħodu, il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-istruttura tal-programm qafas li jmiss tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, Orizzont Ewropa, kif ukoll dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa. Il-programm il-ġdid ser ikopri s-snin mill-2021 sal 2027.
Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma essenzjali jekk irridu nibqgħu kompetittivi fil-livell globali. Il-programm qafas li jmiss tal-UE għar-riċerka għandu rwol importanti x'jaqdi biex jappoġġa l-isforzi nazzjonali għall-promozzjoni tal-eċċellenza u biex jingħalaq id-distakk tal-innovazzjoni fl-UE. Heinz Faßmann, Ministru Federali għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u r-Riċerka tal-Awstrija
Wara nofsinhar, il-ministri kellhom dibattitu dwar l-istatus legali u l-elementi ewlenin tal-proċesstal-ippjanar strateġiku għall-programm Orizzont Ewropa. Id-dibattitu ser jipprovdi gwida politika għall-ħidma li għaddejja fil-korp preparatorju tal-Kunsill.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Laqgħa informali tal-ministri għall-kompetittività: bidu tan-negozjati dwar Orizzont Ewropa (presidenza Awstrijaka)
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Programm indikattiv, Kunsill Kompetittività, 27-28 ta’ Settembru 2018
- Aġenda proviżorja, Kunsill Kompetittività, 27-28 ta’ Settembru 2018
- Korrezzjoni għall-aġenda proviżorja, Kunsill Kompetittività, 27-28 ta’ Settembru 2018
- Lista ta' punti A, attivitajiet leġislattivi, Kunsill Kompetittività, 27-28 ta' Settembru 2018
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Kompetittività, 27-28 ta' Settembru 2018
- Addendum għal-lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Kompetittività, 27-28 ta’ Settembru 2018
- Nota ta' informazzjoni
Stqarrijiet għall-istampa
Superkompjuters: il-Kunsill jaqbel li jiżviluppa infrastruttura fit-teknoloġija avvanzata - 28/09/2018
Korp Ewropew ta' Solidarjetà: il-Kunsill jadotta Regolament - 27/09/2018
Ir-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika adottat mill-Kunsill: aċċess online aħjar għal informazzjoni u proċeduri madwar l-UE - 27/09/2018
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ferran Tarradellas Espuny Press officer
- +32 473 95 45 74
- +32 2 281 6291
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #COMPET
Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025