- Kunsill Kompetittività
Kunsill Kompetittività, 29-30/11/2018, 29 u 30 ta' Novembru 2018
Riżultati ewlenin
Suq intern u industrija, 29 ta' Novembru
Il-Kunsill laħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu (approċċ ġenerali) għar-regolament dwar ir-relazzjonijiet bejn il-pjattaformi u n-negozji u r-regolament dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi. Laħaq qbil ukoll dwar approċċ ġenerali parzjali għar-regolament dwar il-programm tas-suq uniku. Dan il-qbil u dak ta' qablu jwittu t-triq biex jibdew negozjati mal-parlament Ewropew. Il-ministri adottaw ukoll konklużjonijiet dwar l-istrateġija futura tal-UE għall-politika industrijali.
Taħt il-punt tradizzjonali tal-"eżami tal-kompetittività", il-Kunsill iddiskuta l-governanza futura tas-suq uniku. F'dan id-dibattitu l-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha dwar il-ġejjieni tas-suq uniku li hija adottat fit-22 ta' Novembru 2018.
Illum qbilna dwar firxa wiesgħa ta' inizjattivi leġislattivi. Dawn ser jipprovdu benefiċċji sostanzjali, minn toroq aktar sikuri sa ekonomiji aktar b'saħħithom. Kellna wkoll opportunità li niskambjaw fehmiet dwar strateġija futura tal-UE għall-politika industrijali u l-isfidi tas-suq uniku f'dinja li qed tinbidel malajr. Margarete Schramböck, Ministru Federali għall-Affarijiet Diġitali u Ekonomiċi tal-Awstrija
Spazju, 30 ta' Novembru
Il-Kunsill ħa nota ta' rapport ta' progress mill-presidenza dwar proposta għal regolament dwar il-programmi spazjali tal-UE u kellu skambju ta' fehmiet dwar il-kwistjonijiet pendenti prinċipali bil-għan li jipprovdi gwida għall-ħidma futura.
Il-politika spazjali tal-UE hija essenzjali għall-ekonomiji tagħna, is-sigurtà u r-riċerka. Id-diskussjonijiet tal-lum urew kemm għamilna progress minn Ġunju 'l hawn fil-ħidma lejn l-adozzjoni ta' programm spazjali ġdid u ambizzjuż tal-UE. Norbert Hofer, Ministru għat-Trasport, Innovazzjoni u Teknoloġija (inkluż l-Ispazju) tal-Awstrija
Riċerka u innovazzjoni, 30 ta' Novembru
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-governanza taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.
Laħaq ukoll approċċ ġenerali parzjali dwar il-proposta għal programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni (Orizzont Ewropa) u ħa nota ta' rapport ta' progress tal-presidenza dwar il-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa.
Il-qbil parzjali tal-lum dwar Orizzont Ewropa, miksub f'inqas minn sitt xhur wara li rċevejna l-proposta tal-Kummissjoni, juri r-rieda komuni tagħna li niksbu progress rapidu f'dan l-att leġislattiv importanti. Iwitti t-triq għal adozzjoni rapida tal-pakkett hekk kif ikunu ntemmu t-taħditiet dwar il-qafas finanzjarju pluriennali. Heinz Faßmann, Ministru Federali għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u r-Riċerka tal-Awstrija
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
- Il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward qafas ġdid għal riċerka u innovazzjoni tal-UE fid-deċennju li ġej
- 30/11/2018
- Karozzi aktar sikuri għal toroq aktar sikuri: Il-Kunsill jaqbel fuq regoli aktar stretti dwar is-sikurezza tal-vetturi
- 29/11/2018
- Twettiq ta' negozju permezz ta' pjattaformi online: il-Kunsill jilħaq qbil dwar il-pożizzjoni tiegħu
- 29/11/2018
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Ferran Tarradellas Espuny Press officer
- +32 473 95 45 74
- +32 2 281 6291
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #COMPET
Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025