"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 18-19/02/2019, 18 u 19 ta' Frar 2019

Riżultati ewlenin

Suq intern u industrija, 18 ta' Frar

Il-Kunsill organizza dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-impatt tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq il-kompetittività tal-industrija tal-UE u adotta konklużjonijiet dwar din il-kwistjoni. Il-ministri ssottolinjaw l-importanza kruċjali li jitrawmu l-iżvilupp u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fl-Ewropa.

Il-Kunsill organizza wkoll dibattitu ta' orjentazzjoni ieħor dwar l-aspetti relatati mal-industrija tal-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni bit-titlu "Pjaneta nadifa għal kulħadd". Il-ministri saħqu li l-industrija tal-UE ser tkompli tkun faċilitatur ewlieni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra permezz ta' taħlita bilanċjata u prevedibbli ta' politiki differenti. It-trasformazzjoni prevista tal-industrija Ewropea toffri kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi, li jeħtieġ li jiġu indirizzati f'livelli differenti billi jittieħed kont tal-fehmiet tan-negozji, taċ-ċittadini u tal-istati membri.

Waqt iċ-checkup tradizzjonali tal-kompetittività, wara preżentazzjoni bil-fomm mill-Kummissjoni, id-diskussjonijiet fi ħdan il-Kunsill iffukaw fuq l-impatt tal-katini ta' valur settorjali Ewropej fuq il-kompetittività u t-tkabbir. Il-ministri enfasizzaw ir-rwol dejjem akbar tas-servizzi tas-suq fil-katini ta' valur globali.

Waranofsinhar, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar kif jista' jitjieb il-kontribut tal-Kunsill Kompetittività għall-proċess tas-Semestru Ewropew.

Taħt affarijiet oħra, il-Kunsill ġie mgħarraf dwar is-sitwazzjoni attwali f'għadd ta' fajls leġislattivi fil-kompetenza tiegħu.

Il-konklużjonijiet tal-lum dwar l-Intelliġenza Artifiċjali jservu bħala linji gwida għall-azzjonijiet futuri tal-UE f'dan il-qasam bil-għan li l-Unjoni Ewropea tkun fost il-muturi tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq livell globali. L-Ewropa trid tlaħħaq mal-isfidi ta' dinja li qed tinbidel b'ritmu mgħaġġel u huwa essenzjali li niddiskutu kif nistgħu nsiru ekonomija newtrali għall-klima, filwaqt li nħarsu l-vantaġġi kompetittivi tal-industrija tagħna. Niculae Bădălău, Ministru għall-Ekonomija tar-Rumanija
Punti ewlenin tal-Kunsill Kompetittività, li sar fit-18 ta' Frar 2019, fi Brussell.

Riċerka, 19 ta' Frar

Il-Kunsill ħa nota tal-progress li sar s'issa fl-analiżi tal-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa u kellu skambju ta' fehmiet dwar il-kwistjonijiet pendenti ewlenin.

Taħt affarijiet oħra, il-Kunsill ġie mgħarraf dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tan-negozjati mal-Parlament Ewropew dwar Orizzont Ewropa, il-programm qafas li jmiss għar-riċerka u l-innovazzjoni. Huwa kien mgħarraf ukoll dwar il-progress miksub s'issa fl-analiżi tal-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni kontinwa tal-UE fil-proġett ITER.

Id-diskussjonijiet tal-lum ipprovdewlna l-gwida politika meħtieġa biex il-ħidma fir-rigward tal-programm speċifiku tavvanza b'pass mgħaġġel simili għal dak fuq il-programm qafas. Aħna għadna fiduċjużi li kollox ser ikun lest biex il-programm il-ġdid, Orizzont Ewropa, jieħu post dak eżistenti. Nicolae Hurduc, Ministru għar-riċerka u l-innovazzjoni tar-Rumanija
Punti ewlenin tal-Kunsill Kompetittività (Riċerka), li sar fid-19 ta' Frar 2019, fi Brussell.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025