"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Vidjokonferenza tal-ministri għas-suq intern u l-industrija, 18 ta' Settembru 2020

Riżultati ewlenin

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet permezz ta' vidjokonferenza dwar l-azzjonijiet ta' prijorità meħtieġa biex jiġi restawrat u mtejjeb il-funzjonament tas-suq uniku bil-ħsieb li jiġi żgurat l-irkupru rapidu tal-ekonomija tal-UE wara l-kriżi tal-COVID-19.

Peter Altmaier, Ministru Federali tal-Ġermanja għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija
Id-diskussjonijiet tal-lum identifikaw azzjonijiet essenzjali meħtieġa bħala kwistjoni ta' prijorità sabiex jinkiseb suq uniku li jiffunzjona b'mod sħiħ, aktar integrat u reżiljenti. Dan huwa prerekwiżit kruċjali għall-irkupru rapidu tal-ekonomija tal-UE hekk kif toħroġ mill-kriżi tal-COVID-19.
Peter Altmaier, Ministru Federali tal-Ġermanja għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija
Peter Altmaier, Ministru Federali tal-Ġermanja għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Enerġija

Kien hemm rikonoxximent wiesa' tal-ħtieġa li tiġi restawrata malajr l-integrità tas-suq uniku billi jitneħħew id-derogi temporanji kollha stabbiliti mill-istati membri individwali matul il-kriżi tal-COVID-19. It-task force għall-infurzar fis-suq uniku (SMET) issemmiet bħala l-għodda ewlenija għall-identifikazzjoni ta' ostakli bla bżonn għaċ-ċirkolazzjoni libera transfruntiera tal-prodotti u s-servizzi.

Il-ministri appellaw lill-Kummissjoni biex sal-15 ta' Jannar 2021 tippreżenta rapport strateġiku annwali bħala għodda għall-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' ostakli mhux iġġustifikati, il-valutazzjoni tar-reżiljenza tas-suq uniku u jittieħed kont tal-istat ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-infurzar tal-2020.

Il-ministri rrikonoxxew li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jinsabu fil-pakkett ta' Marzu 2020 tal-Kummissjoni tibqa' essenzjali għall-funzjonament tas-suq uniku. Huma saħqu wkoll fuq l-importanza ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-istati membri u l-Kummissjoni fir-rigward ta' tali azzjonijiet.

Diversi ilħna enfasizzaw l-importanza li jiġi esplorat il-potenzjal mhux sfruttat tas-suq uniku, speċjalment fil-qasam tas-servizzi.

Għadd ta' ministri esprimew appoġġ għal riformi strutturali, fejn meħtieġ, għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u diġitali kompetittiva, sostenibbli u inklużiva. Tali riformi għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' qafas regolatorju konsistenti, effiċjenti, diġitali b'mod awtomatiku u li jibqa' validu fil-futur fil-livell tal-UE. Fl-istess kuntest, kien hemm rikonoxximent wiesa' tal-ħtieġa għal ambjent tan-negozju abilitanti li jippermetti li n-negozji, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jisfruttaw il-benefiċċju sħiħ tas-suq uniku.

Kien hemm appoġġ wiesa' għal suq uniku aktar reżiljenti, li kapaċi jirreżisti kriżijiet bħal dik ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. F'ambjent internazzjonali dejjem aktar diffiċli, il-ministri tkellmu favur it-tisħiħ tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-UE u l-awtonomija strateġika fis-setturi teknoloġiċi sensittivi u ewlenin, filwaqt li żammew il-prinċipji ta' ekonomija miftuħa u kummerċ ħieles, ġust u sostenibbli.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025