"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività, 22 u 23 ta' Mejju 2023

Riżultati ewlenin

Suq intern u industrija

Regolament dwar il-makkinarju

Il-ministri taw l-approvazzjoni finali għar-regolament dwar il-makkinarju.

Paulina Brandberg, Ministru għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Ħajja tax-Xogħol
Ir-regoli aġġornati ser jipprovdu ċertezza legali għall-industrija Ewropea tal-makkinarju għall-futur prevedibbli. Ser jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-ħaddiema tagħna u għaċ-ċittadini tagħna, filwaqt li jtejbu r-reputazzjoni tal-magni manifatturati fl-UE.
Paulina Brandberg, Ministru għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Ħajja tax-Xogħol
Paulina Brandberg, Ministru għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Ħajja tax-Xogħol

Ir-Regolament dwar l-ekodisinn

Il-ministri adottaw pożizzjoni tal-Kunsill (approċċ ġenerali) dwar ir-Regolament dwar l-ekodisinn.

Ir-regolament il-ġdid jibni fuq id-Direttiva tal-2009 dwar l-Ekodisinn (2009/125/KE), li tkopri biss prodotti relatati mal-enerġija, u jibdilha f'regolament, applikabbli għal kważi l-kategoriji kollha ta' prodotti.

Ebba Busch, Ministru għall-Enerġija, in-Negozju u l-Industrija u Viċi Prim Ministru
Jekk irridu prodotti Ewropej verament sostenibbli fis-suq, jeħtieġ li nindirizzaw il-kwistjoni mill-punt tat-tluq tad-disinn tagħhom. Ir-Regolament dwar l-ekodisinn ser jiżgura li l-prodotti mibjugħa fis-suq tal-UE jkunu adattati u lesti għat-tranżizzjoni ekoloġika.
Ebba Busch, Ministru għall-Enerġija, in-Negozju u l-Industrija u Viċi Prim Ministru
Ebba Busch, Ministru għall-Enerġija, in-Negozju u l-Industrija u Viċi Prim Ministru

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri ddiskutew erba' fajls importanti relatati mal-kompetittività Ewropea:

  • Kompetittività fit-tul
  • Att dwar l-Industrija b'emissjonijiet żero netti
  • 30 sena ta' Suq Uniku u lil hinn (waqt l-ikla ta' ħidma), u
  • Att dwar il-materja prima kritika.

Dawn l-erba' sessjonijiet taw lill-istati membri ħarsa fil-fond lejn il-pakkett importanti dwar il-kompetittività li l-Kummissjoni ppreżentat fis-16 ta' Marzu.

Dan id-dibattitu fil-livell tal-ministri ser jippermetti lill-Kunsill javvanza dwar il-pożizzjonijiet ta' negozjar għal dawn il-fajls.

Sistema tal-Privattivi Unitarji

Il-presidenza ħadet ukoll l-opportunità biex tiċċelebra d-dħul fis-seħħ tas-Sistema tal-Privattivi Unitarji fl-1 ta' Ġunju li ġej, wara proċess twil u kumpless li beda fl-2012.

Is-Sistema tal-Privattivi Unitarji ser tagħmel l-aċċess għas-sistema Ewropea tal-privattivi aktar faċli u irħas u ser ittejjeb il-livell ta' protezzjoni tal-privattivi, billi tagħmilha possibbli li tinkiseb protezzjoni uniformi tal-privattiva fl-istati membri parteċipanti kollha tal-UE.

Riċerka

Pubblikazzjoni akkademika

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-"pubblikazzjoni akkademika ta' kwalità għolja, trasparenti, miftuħa, affidabbli u ekwa", li fihom jappella għal aċċess miftuħ immedjat u mingħajr restrizzjonijiet fil-pubblikazzjoni tar-riċerka li tinvolvi fondi pubbliċi.

Mats Persson, Ministru għall-Edukazzjoni, Ministeru għall-Edukazzjoni u r-Riċerka
Jekk verament nemmnu fix-xjenza miftuħa, jeħtieġ li niżguraw li r-riċerkaturi jkunu jistgħu jagħmlu s-sejbiet tagħhom disponibbli u riutilizzabbli u li l-artikli xjentifiċi ta' kwalità għolja jkunu aċċessibbli b'mod miftuħ għal dawk kollha li jkollhom bżonn jaqrawhom. B'mod partikolari, dan għandu jkun il-każ għal riċerka li tibbenefika minn fondi pubbliċi: li tħallset minn kulħadd u għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd.
Mats Persson, Ministru għall-Edukazzjoni, Ministeru għall-Edukazzjoni u r-Riċerka
Mats Persson, Ministru għall-Edukazzjoni, Ministeru għall-Edukazzjoni u r-Riċerka

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sigurtà tal-għarfien u l-internazzjonalizzazzjoni responsabbli. Il-ministri ddiskutew il-protezzjoni ta' ambjent ta' riċerka miftuħ minn kwalunkwe forma ta' attività malizzjuża. Huma ddiskutew ukoll kif titrawwem kooperazzjoni dinjija b'mod li jippromwovi l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-kompetenza esperta, filwaqt li jissalvagwardja l-interessi u l-valuri tal-UE. Il-ministri kkondividew l-aħjar prattiki u l-isfidi nazzjonali meta indirizzaw dawn iż-żewġ kwistjonijiet.

Taħt affarijiet oħra, il-ministri ġew infurmati mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-Siġilli ta' Eċċellenza.

Id-delegazzjoni Taljana għamlet preżentazzjoni dwar il-kandidatura ta' Ruma biex tospita l-EXPO 2030.

Waqt ikla informali, il-ministri ddiskutew dwar iċ-ċaħda tax-xjenza.

Spazju

Użu ġust u sostenibbli tal-ispazju

Il-ministri adottaw konklużjonijiet tal-Kunsill dwar "Użu Ġust u Sostenibbli tal-Ispazju", fejn appellaw għal approċċ Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku fl-ispazju.

L-orbiti spazjali huma ġid komuni li kollha kemm aħna għandna bżonn nieħdu ħsiebu, mhux biss għalina iżda wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri. Jeħtieġ li nkomplu napprofittaw mill-opportunitajiet tat-teknoloġiji satellitari, iżda b'mod li jkun sostenibbli, sikur u ġust għall-popli kollha fid-dinja. Mats Persson, Ministru għall-Edukazzjoni, Ministeru għall-Edukazzjoni u r-Riċerka

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-Politika Spazjali tal-UE f'Xenarju Ġeopolitiku ġdid. Id-diskussjoni kienet ibbażata fuq il-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tas-SEAE "Strateġija Spazjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża" li ġiet ippreżentata fl-10 ta' Marzu 2023.

Il-ministri ddiskutew l-influwenza tal-Istrateġija Spazjali tal-UE għas-Sigurtà u d-Difiża fuq l-implimentazzjoni tal-Programmi Spazjali attwali u s-sinerġiji li jistgħu jinkisbu filwaqt li jiġu salvagwardati l-objettivi politiċi tal-programmi spazjali.

Il-ministri ġew infurmati mid-delegazzjoni Spanjola dwar il-programm għall-presidenza li jmiss tagħhom.

Il-Kunsill adotta wkoll mingħajr diskussjoni l-punti li jidhru fil-listi ta' punti A leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.

Illustrazzjoni: satelliti madwar id-dinja, b'enfasi fuq il-kontinent Ewropew

Il-kisbiet tal-UE fl-ispazju (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025