"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Suq intern u industrija), 2 ta' Marzu 2023

Riżultati ewlenin

Servizzi finanzjarji mill-bogħod

Il-ministri qablu dwar approċċ ġenerali rigward id-direttiva dwar kuntratti ta' servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod.

Gunnar Strömmer, Ministru għall-Ġustizzja tal-Iżvezja
Din id-direttiva hija pass ieħor lejn tranżizzjoni diġitali li tibqa' valida fil-futur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. L-aġġornament tal-leġiżlazzjoni tal-2002 jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u jsaħħaħ il-qafas leġiżlattiv għall-forniment ta' servizzi finanzjarji innovattivi għall-konsumaturi fis-suq uniku.
Gunnar Strömmer, Ministru għall-Ġustizzja tal-Iżvezja
Gunnar Strömmer, Ministru għall-Ġustizzja tal-Iżvezja

L-approċċ ġenerali jinkludi l-possibbiltà li l-istati membri japplikaw obbligi ta' informazzjoni aktar stretti; jiċċara kif id-dispożizzjonijiet jikkomplementaw il-leġiżlazzjoni eżistenti, jestendi waħda mill-karatteristiċi tal-proposta tal-Kummissjoni, l-hekk imsejħa buttuna ta' rtirar, mhux biss għas-servizzi finanzjarji iżda wkoll għall-prodotti u s-servizzi kollha mixtrija mill-bogħod, u jintroduċi dritt għall-konsumaturi li jitolbu intervent uman meta l-kummerċjant juża għodod online, bħall-pariri awtomatizzati jew iċ-chatbots, biex jifhem l-effetti li l-kuntratt jista' jkollu fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu jew tagħha.

Servizzi ta' kiri ta' akkomodazzjoni għal żmien qasir

Il-ministri approvaw il-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill (approċċ ġenerali) rigward proposta għal regolament dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni ta' data relatata ma' servizzi ta' kiri ta' akkomodazzjoni għal żmien qasir.

Ebba Busch, Ministru għall-Enerġija, in-Negozju u l-Industrija u Viċi Prim Ministru tal-Iżvezja
Dan ir-regolament ser ikun ta' benefiċċju wkoll għall-atturi tal-qasam tal-kiri ta' akkomodazzjoni għal żmien qasir: l-ospitanti ser ikollhom proċedura ta' reġistrazzjoni faċli, il-pjattaformi ser ikollhom sett wieħed ta' regoli għall-informazzjoni li għandhom jipprovdu, il-vjaġġaturi ser ikunu protetti aħjar mill-frodi u l-awtoritajiet ser ikunu jistgħu jirregolaw abbażi ta' data preċiża u affidabbli.
Ebba Busch, Ministru għall-Enerġija, in-Negozju u l-Industrija u Viċi Prim Ministru tal-Iżvezja
Ebba Busch, Ministru għall-Enerġija, in-Negozju u l-Industrija u Viċi Prim Ministru tal-Iżvezja

Fl-approċċ ġenerali tiegħu, li ġie maqbul malajr, il-Kunsill jappoġġa l-objettivi tal-proposta tal-Kummissjoni li jiġi stabbilit qafas koerenti għall-ġbir ta' data pprovduta minn pjattaformi online, filwaqt li jittieħed kont tas-sistemi ta' reġistrazzjoni li diġà huma fis-seħħ f'xi stati membri.

Kompetittività u produttività fit-tul fis-suq uniku

Il-kompetittività hija waħda mill-prijoritajiet tal-Presidenza Żvediża. Fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tas-suq uniku (maħluq fl-1 ta' Jannar 1993), il-presidenza organizzat l-ewwel djalogu dwar miżuri għal żmien qasir biex tingħata spinta lill-kompetittività, fil-Kunsill tal-Kompetittività informali tas-6 ta' Frar 2023. Id-diskussjoni tal-lum kienet segwitu ffukat fuq il-kompetittività fit-tul. Id-djalogu kien strutturata madwar ħames pilastri:

  • ekonomija tas-suq
  • kummerċ miftuħ
  • regolamentazzjoni aħjar
  • innovazzjoni
  • provvista sigura tal-enerġija

Din id-diskussjoni żżid mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2022 u d-9 ta' Frar 2023 dwar dawn il-kwistjonijiet, u ma' għadd ta' proposti tal-Kummissjoni bħall-pjan industrijali tal-Patt Ekoloġiku għall-era ta' emissjonijiet żero netti (ippreżentat fl-1 ta' Frar 2023 u diskuss waqt l-ikla ta' nofsinhar) u l-komunikazzjoni imminenti dwar it-30 sena tas-suq uniku u l-istrateġija biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-produttività. Tkellmu wkoll il-Viċi President tal-Kummissjoni Vestager, il-Kummissarju Breton u l-President tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-kompetittività, Daniel Blockert.

Affarijiet oħra

Il-Privattiva Unitarja u l-Qorti Unifikata tal-Privattivi

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tas-sistema tal-privattiva unitarja u l-qorti unifikata tal-privattivi.

Segwitu għas-summit UE-Ukrajna

Il-presidenza u l-Kummissjoni informaw lill-ministri dwar is-segwitu għas-summit bejn l-UE u l-Ukrajna.

Ikla ta' ħidma

Waqt ikla ta' nofsinhar, il-ministri ddiskutew il-pjan industrijali tal-Patt Ekoloġiku għall-era ta' emissjonijiet żero netti.

Illustrazzjoni ta' mara u żewġt irġiel, b'mappa li turi l-pajjiżi membri tas-suq uniku tal-UE fl-isfond

It-30 anniversarju tas-suq uniku tal-UE (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025