"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Riċerka u spazju), 2 ta' Diċembru 2022

Riżultati ewlenin

Riċerka

Parir xjentifiku għal deċiżjonijiet politiċi aħjar

Il-ministri ddiskutew ir-rwol tax-xjenza fit-tfassil tal-politika tal-istati membri, fejn huma rriflettew dwar kif jista' jittejjeb l-użu tal-parir xjentifiku għal deċiżjonijiet politiċi.

Matul l-interventi tagħhom, il-ministri esprimew interess fil-ħolqien u l-iżvilupp ta' pjattaformi ta' konsulenti xjentifiċi fil-ministeri settorjali differenti tagħhom, u ssottolinjaw li huwa utli li jiġu kkoordinati approċċi nazzjonali fil-livell tal-UE.

Il-ministri, barra minn hekk, qablu li l-Kummissjoni għandu jkollha rwol ewlieni fl-għoti ta' koordinazzjoni, għarfien espert, u appoġġ għall-iżvilupp tal-politika fl-UE.

Approċċ komuni għar-riċerka u l-innovazzjoni

Il-Kunsill adotta żewġ settijiet ta' konklużjonijiet li jsaħħu l-pożizzjoni tal-UE fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni: dwar l-Aġenda għall-Innovazzjoni Ġdida u dwar l-infrastrutturi tar-riċerka.

Vladimír Balaš, Ministru Ċek għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport
L-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-lum tibgħat messaġġ qawwi lill-komunità Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni: l-UE qed taħdem qatigħ biex tibqa' l-mexxej globali f'dan il-qasam. Aħna nibqgħu għajnejna fuq teknoloġiji ġodda u nsegwu mill-qrib mewġiet ġodda ta' innovazzjoni, sabiex l-UE u l-istati membri jkunu jistgħu jiżviluppaw approċċ komuni għar-riċerka u l-innovazzjoni.
Vladimír Balaš, Ministru Ċek għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport
Vladimír Balaš, Ministru Ċek għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport

Il-konklużjonijiet dwar l-infrastrutturi ta' riċerka (IR) huma pedament għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). Il-konklużjonijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa li l-IR ikomplu jissaħħu u li jiġi ffaċilitat aċċess usa' għalihom, billi dawn jistgħu jikkontribwixxu bil-kbir għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea.

Il-konklużjonijiet dwar l-Aġenda għall-Innovazzjoni Ġdida jistabbilixxu politika ta' innovazzjoni biex l-UE tikseb il-pożizzjoni ta' mexxejja globali. L-innovazzjoni għandha rwol kruċjali fil-kompetittività tal-Ewropa, fil-kisba tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, u fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u fl-iżgurar tal-benesseri taċ-ċittadini tagħha.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prinċipji gwida għall-valorizzazzjoni tal-għarfien

Il-ministri adottaw rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prinċipji gwida għall-valorizzazzjoni tal-għarfien.

Il-valorizzazzjoni tal-għarfien hija l-proċess li joħloq valur soċjali u ekonomiku mill-għarfien, billi jgħaqqad oqsma u setturi differenti u jittrasforma d-data u r-riżultati tar-riċerka fi prodotti u soluzzjonijiet li jkunu ta' benefiċċju għas-soċjetà.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill taġġorna r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea mill-2008 billi twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-atturi u l-attivitajiet, b'enfasi fuq l-ekosistema kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni, u twessa' l-kamp ta' applikazzjoni għall-ġestjoni tal-assi intellettwali.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

Taħt affarijiet oħra, il-ministri ġew infurmati mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-KKI l-ġdida għall-Kultura u l-Kreattività tal-EIT u dwar konsultazzjoni pubblika dwar il-passat, il-preżent u l-futur tal-programmi qafas Ewropej għar-riċerka u l-innovazzjoni 2014-2027.

L-istati membri ġew infurmati mid-delegazzjoni Spanjola dwar PRIMA - is-Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran - kif ukoll dwar il-programm tal-presidenza Żvediża li jmiss.

Waqt ikla informali, il-ministri ddiskutew l-infrastrutturi tat-teknoloġija.

Spazju

Sfruttament tad-data spazjali tal-UE

Il-ministru kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar l-isfruttament tad-data spazjali tal-UE.

Martin Kupka, Ministru Ċek għat-Trasport
L-UE għandha aċċess għal riżerva kbira ta' data spazjali, iżda ma tużax il-potenzjal sħiħ tagħha. Biex ilaħħqu mas-servizzi emerġenti bħall-IA u t-teknoloġiji kwantistiċi, l-istati membri jridu jingħaqdu flimkien u jaħdmu flimkien lejn sfruttament aħjar tad-data spazjali tal-UE. Dan ser isaħħaħ il-kompetittività tal-UE.
Martin Kupka, Ministru Ċek għat-Trasport
Martin Kupka, Ministru Ċek għat-Trasport

Il-ministri ddiskutew kif jista' jiżdied l-użu tad-data u l-applikazzjonijiet spazjali fl-UE f'segmenti differenti tas-suq. Matul l-interventi tagħhom, l-istati membri ffukaw fuq dak li diġà ġie implimentat u żviluppat fil-livell nazzjonali biex isir użu aħjar mill-isfruttament tad-data spazjali.

Huma rriflettew dwar ostakli possibbli li jxekklu l-adozzjoni tas-servizzi spazjali tal-UE fil-livelli Ewropej u nazzjonali, fejn identifikaw soluzzjonijiet possibbli biex jitneħħew tali ostakli, b'enfasi fuq ir-rwol tal-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-utenti u bejn is-setturi spazjali u mhux spazjali, kif ukoll is-setturi pubbliċi u privati u l-aċċess għall-finanzjament għal soluzzjonijiet innovattivi.

Il-ministri ġew infurmati mid-delegazzjoni Żvediża dwar il-programm għall-presidenza li jmiss tagħhom.

Illustrazzjoni: satelliti madwar id-dinja, b'enfasi fuq il-kontinent Ewropew

Il-kisbiet tal-UE fl-ispazju (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025