- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 22/01/2019, 22 ta' Jannar 2019
Riżultati ewlenin
InvestEU
Il-Kunsill iddiskuta l-InvestEU, proposta li ġġib flimkien taħt programm wieħed l-istrumenti finanzjarji differenti attwalment disponibbli biex jappoġġaw l-investiment u joħolqu l-impjiegi fl-UE, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (2021-2027).
L-Ewropa teħtieġ aktar investimenti biex tappoġġa t-tkabbir u l-impjiegi. Il-programm InvestEU ser ikollu rwol sinifikanti billi jgħin fil-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura ambizzjużi u estensivi. Jeħtieġ li niżguraw li kemm jista' jkun setturi u reġjuni fl-Ewropa jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-programm. Eugen Teodorovici, ministru għall-finanzi tar-Rumanija, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill
L-għan ta' InvestEU huwa li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta' investituri pubbliċi u privati fi proġetti ta' investiment ġodda billi jipprovdi garanziji mill-baġit tal-UE. Il-programm huwa maħsub biex jappoġġa erba' oqsma ta' politika: l-infrastruttura sostenibbli; ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; in-negozji żgħar u ta' daqs medju; l-investiment soċjali u l-ħiliet.
Il-ministri ffukaw id-diskussjoni tagħhom fuq żewġ kwistjonijiet ewlenin:
- l-istruttura ta' governanza ta' InvestEU, inkluż l-istabbiliment ta' bord ta' tmexxija u l-prinċipji gwida tiegħu
- il-garanzija finanzjarja pprovduta mill-UE lil sħab oħra minbarra l-BEI: 25% tal-garanzija tal-UE għandha tkun iddedikata għal istituzzjonijiet oħra minbarra l-BEI. Il-ministri ddiskutew il-prinċipji bażiċi tal-allokazzjoni ta' dik il-parti tal-garanzija.
Il-ministri impenjaw ruħhom li jmexxu 'l quddiem il-ħidma fuq dan il-fajl bħala kwistjoni prijoritarja abbażi tal-gwida ministerjali li rċevew illum.
- Nota ta' analiżi mill-Presidenza Rumena dwar l-InvestEU
- Paġna tal-Kummissjoni dwar il-programm InvestEU propost
Sistema Ewropea ta' superviżjoni finanzjarja
Il-ministri ddiskutew proposti biex jerġa' jiġi eżaminat il-funzjonament tas-sistema Ewropea attwali ta' superviżjoni finanzjarja. Il-Presidenza pproponiet li tingħata prijorità lid-dispożizzjonijiet marbuta mat-tisħiħ tas-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-attivitajiet ta' finanzjament tat-terroriżmu, filwaqt li n-negozjati dwar il-bqija tar-rieżami tas-sistema Ewropea ser ikomplu kemm fil-livell tekniku kif ukoll f'dak politiku, bħala prijorità. Il-punt ser jidher fuq l-aġenda tal-ECOFIN ta' Frar.
Abbażi ta' din il-gwida ministerjali, il-Kunsill jinsab f'pożizzjoni li jibda n-negozjati mal-Parlament Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil politiku dwar il-fajl sa tmiem il-leġislatura attwali.
Semestru Ewropew
Il-ministri adottaw konklużjonijiet dwar il-pakkett tas-"Semestru Ewropew" u approvaw abbozz ta’ rakkomandazzjoni dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro.
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija
- Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro
Il-ministri ddiskutew ukoll l-implikazzjonijiet leġislattivi tal-iżvilupp ulterjuri tal-unjoni ekonomika u monetarja wara s-Summit taż-Żona tal-Euro tal-14 ta' Diċembru 2018, kif ukoll il-prijoritajiet tal-presidenza Rumena fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025