"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 06/11/2018, 6 ta' Novembru 2018

Riżultati ewlenin

Tassazzjoni diġitali

"Jeħtieġ nadattaw ir-regoli tagħna għat-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija u l-kumpaniji diġitali għandhom iħallsu sehemhom mit-taxxi kif xieraq. Il-Presidenza tixtieq tikseb riżultati konkreti sa tmiem din is-sena. Iż-żmien qed jagħfas, imma ninsab konvint li bir-rieda politika ġusta għandu jirnexxielna." Hartwig Löger, ministru għall-finanzi tal-Awstrija u president tal-Kunsill Ecofin

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar il-proposta li tiġi stabbilita taxxa fuq is-servizzi diġitali. Id-diskussjoni kkonċentrat fuq żewġ kwistjonijiet ewlenin mill-proposta tal-Kummissjoni: l-ambitu tas-servizzi taxxabbli u l-kwistjoni tal-iskadenza tad-direttiva - l-hekk imsejħa "klawsola ta' estinzjoni".

Dwar il-klawsola ta' estinzjoni, l-istati membri kollha qablu li d-direttiva għandha tiskadi ladarba jkun hemm soluzzjoni komprensiva għat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali fil-livell tal-OECD.

Waqt li l-proposta ġiet diskussa bir-reqqa f'livell tekniku u nkiseb progress f'għadd ta' punti bħad-definizzjonijiet, il-ġbir tat-taxxa u l-kooperazzjoni amministrattiva, għad hemm differenzi bejn l-istati membri fuq diversi kwistjonijiet, fosthom l-ambitu preċiż tas-servizzi li jkunu soġġetti għat-taxxa futura.

Il-Presidenza kkonkludiet li ser issir aktar ħidma f'livell tekniku biex ikun jista' jintlaħaq qbil fil-laqgħa tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru.

Highlights from the Economic and Financial Affairs Council of 6 November 2018, held in Brussels

Finanzjament għall-klima

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-aspetti finanzjarji tat-tibdil fil-klima qabel il-konferenza tal-partijiet (COP24) dwar it-tibdil fil-klima li ser issir f'Katowice (il-Polonja) mit-3 sal-14 ta' Diċembru.

Fl-abbozz il-konklużjonijiet jappellaw għal progress rapidu u ambizzjuż li jiżgura li l-flussi finanzjarji jirriflettu l-objettivi stabbiliti mill-ftehim ta' Pariġi. Huma jenfasizzaw l-importanza tal-ipprezzar tal-karbonju fit-tmexxija tal-flussi finanzjarji lejn investimenti ekoloġiċi u sostenibbli.

L-UE u l-istati membri tagħha huma impenjati li jżidu l-kontribut finanzjarju tagħhom sabiex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jimplimentaw il-ftehim ta' Pariġi. Għadhom l-ikbar kontributur ta' finanzjament pubbliku għall-klima, b'total ta' €20.4 biljun fl-2017.

Barra minn hekk, il-Kunsill:

  • iddiskuta l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE fl-2017 abbażi tar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri
  • adotta direttiva li tippermetti l-allinjament tar-regoli tal-VAT għal pubblikazzjonijiet elettroniċi u fiżiċi. Minn issa 'l quddiem, l-istati membri ser ikunu jistgħu japplikaw rati ta' VAT imnaqqsa, imnaqqsa ħafna jew żero għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi wkoll
  • neħħa lin-Namibja mil-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx
  • adotta konklużjonijiet dwar l-istatistika tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025