- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 04/12/2018, 4 ta' Diċembru 2018
Riżultati ewlenin
Unjoni Bankarja
Il-Kunsill approva r-riżultat tan-negozjati mal-Parlament Ewropew dwar ġabra ta' miżuri ta' tnaqqis tar-riskji ewlenin tal-hekk imsejjaħ "pakkett bankarju".
Illum ħadna pass importanti ħafna lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja. Aħna qed inwettqu miżuri li jwasslu biex il-banek Ewropej isiru aktar b'saħħithom, aktar stabbli u aktar reżiljenti. Il-miżuri ser joħolqu l-kondizzjonijiet għal deċiżjonijiet ambizzjużi dwar ir-riforma taż-żona tal-euro. Hartwig Löger, ministru għall-finanzi tal-Awstrija, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill
Il-miżuri jagħtu riżultati fuq tliet objettivi ewlenin stabbiliti mill-pjan direzzjonali tal-Kunsill dwar it-tlestija tal-unjoni bankarja maqbul f'Ġunju 2016:
- jistabbilixxu qafas imsaħħaħ għar-riżoluzzjoni tal-banek
- l-introduzzjoni tal-possibbiltà għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li jissospendu l-ħlasijiet tal-banek meta dawn ikunu taħt riżoluzzjoni
- it-tisħiħ tar-rekwiżiti tal-kapital tal-banek, bl-inklużjoni ta' proporzjon ta' ingranaġġ vinkolanti, proporzjon vinkolanti ta' finanzjar stabbli nett u l-istabbiliment ta' regoli sensittivi għar-riskju għal negozjar f'titoli u derivattivi.
L-approvazzjoni twitti t-triq għal iktar progress fil-kondiviżjoni tar-riskju fi ħdan l-unjoni bankarja tal-UE.
- Unjoni Bankarja: Il-Kunsill japprova l-pakkett ta' miżuri biex jitnaqqas ir-riskju (stqarrija għall-istampa, 04/12/2018)
- Unjoni bankarja - tnaqqis tar-riskju (informazzjoni ġenerali)
Il-Kummissjoni rrappurtat ukoll dwar il-ħidma biex jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni tal-Kunsill ta' Lulju 2017 dwar is-self improduttiv fis-settur bankarju. Ir-rapport juri li l-livelli ġenerali ta' self improduttiv naqsu minn kważi €1 triljun fl-aħħar tal-2016 għal €82 biljun skont l-aħħar ċifri. Il-proporzjon ta' self improduttiv fi proporzjon tas-self bankarju totali naqas minn 5.4 % f'Ġunju 2016 sa 3.4 %. Madankollu, il-proporzjonijiet ta' self improduttiv mhumiex l-istess madwar l-UE – ivarjaw minn 0.6 % sa 44.9 % – u l-progress bil-mod f'xi Stati Membri jibqa' sors ta' tħassib.
Fl-aħħar nett, il-Kunsill iddiskuta rapport li jivvaluta l-progress fid-diskussjonijiet tekniċi dwar l-iskema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti.
- It-tielet rapport tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis ta' self improduttiv
- Novembru 2018 rapport ta' progress tal-Presidenza dwar l-EDIS
Tassazzjoni diġitali
Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni pubbliku dwar il-proposta li tiġi stabbilita taxxa fuq is-servizzi diġitali.
Il-proposta, ippubblikata mill-Kummissjoni fil-21 ta' Marzu 2018, bħala parti minn "pakkett tat-tassazzjoni diġitali" hija maħsuba bħala soluzzjoni interim bil-għan li jiġu indirizzati l-aktar lakuni urġenti fit-tassazzjoni tal-attivitajiet diġitali, filwaqt li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għan-negozji kollha.
Wara analiżi bir-reqqa tal-kwistjonijiet tekniċi kollha, il-presidenza ppreżentat test ta' kompromess li fih l-elementi li għandhom l-aktar appoġġ mill-istati membri. Madankollu, f'dan l-istadju għadd ta' delegazzjonijiet ma jistgħux jaċċettaw it-test għal raġunijiet politiċi bħala kwistjoni ta' prinċipju, filwaqt li xi wħud oħrajn għadhom mhumiex sodisfatti b'xi punti speċifiċi fit-test. Dak it-test ma kisibx l-appoġġ meħtieġ u ma ġiex diskuss fid-dettall.
Il-ministri eżaminaw dikjarazzjoni konġunta mid-delegazzjoni Franċiża u dik Ġermaniża. Il-Presidenza rrakkomandat li l-grupp ta' ħidma tal-Kunsill ikompli l-ħidma tiegħu abbażi tal-aħħar test ta' kompromess tal-Presidenza u l-elementi proposti minn Franza u l-Ġermanja, bil-għan li jintlaħaq qbil malajr kemm jista' jkun.
- Novembru 2018 nota tal-presidenza dwar it-taxxa fuq is-servizzi diġitali
- Novembru 2018 test ta' kompromess tal-presidenza dwar it-taxxa fuq is-servizzi diġitali
- Dikjarazzjoni konġunta Franko-Ġermaniża dwar it-tassazzjoni ta' kumpaniji diġitali u t-tassazzjoni minima
Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar pjan ta' azzjoni biex jiġi miġġieled aħjar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
Il-konklużjonijiet jistabbilixxu għadd ta' azzjonijiet mhux leġislattivi fuq terminu qasir biex tissaħħaħ is-superviżjoni tal-attivitajiet kontra l-ħasil tal-flus u jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.
- Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (informazzjoni ġenerali)
- Ħasil tal-flus: Il-Kunsill jadotta konklużjonijiet dwar pjan ta' azzjoni għal monitoraġġ imsaħħaħ (stqarrija għall-istampa, 04/12/2018)
Tassazzjoni
Il-Kunsill adotta tliet atti leġislattivi qosra bil-għan li jaġġusta wħud mir-regoli tal-UE dwar il-VAT biex jissolvew erba' problemi speċifiċi sakemm tiġi introdotta sistema ġdida tal-VAT.
Il-ministri approvaw ukoll rapport lill-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta' taxxa, kif ukoll rapport mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi, flimkien mal-konklużjonijiet tal-Kunsill, li jindirizzaw ukoll kooperazzjoni ma' ġurisdizzjonijiet barra l-UE.
- Novembru 2018 rapport lill-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ta' taxxa
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
- Novembru 2018 abbozz ta' konklużjonijiet rigward il-kodiċi tal-kondotta dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi
Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir
Il-Kunsill evalwa l-proċeduri ta' devjazzjoni sinifikanti li għaddejjin tal-Ungerija u r-Rumanija. Il-ministri ħarġu deċiżjonijiet li jikkonfermaw li ma ttieħdux azzjonijiet effettivi, kif ukoll rakkomandazzjonijiet ġodda dwar miżuri li għandhom jittieħdu biex jiġu korretti d-devjazzjonijiet.
Il-ministri bdew ukoll il-proċess annwali tas-"Semestru Ewropew" għall-monitoraġġ tal-politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u fiskali tal-istati membri, abbażi ta' preżentazzjoni mill-Kummissjoni.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Aġenda proviżorja riveduta, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 4 ta' Diċembru 2018
- Lista ta' punti A, attivitajiet leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 4 ta' Diċembru 2018
- Lista riveduta ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 4 ta' Diċembru 2018
- Nota ta' informazzjoni
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025