"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 6 ta' Settembru 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri ħadu kont tal-irkupru ekonomiku fl-Ewropa. Huma kellhom diskussjoni dwar id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għaċ-Ċekja u l-Irlanda u laqgħu l-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni tat-tnejn li huma. Id-deċiżjonijiet ser jiġu adottati permezz ta’ proċedura bil-miktub sat-8 ta’ Settembru, li tippermetti liż-żewġ pajjiżi jibdew dalwaqt jimplimentaw ir-riformi u l-investimenti ppjanati tagħhom. Iċ-Ċekja ser tkun tista’ tirċievi wkoll il-prefinanzjament mitlub ta’ 13 %.

Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Qed nimxu 'l quddiem bl-irkupru ekonomiku Ewropew. Illum, iddiskutejna żewġ pjanijiet nazzjonali oħra. Iċ-Ċekja u l-Irlanda ser ikunu jistgħu jibdew dalwaqt bl-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti biex isaħħu l-ekonomiji tagħhom. Bl-appoġġ tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, għandna l-opportunità li nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-ekonomija tagħna wara l-pandemija tal-Covid-19 u nibnu futur aħjar għaċ-ċittadini tagħna.
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja

Ladarba d-deċiżjoni dwar il-pjanijiet Ċeki u Irlandiżi tiġi approvata formalment din il-ġimgħa, ikunu diġà ġew adottati 18-il pjan nazzjonali. Illum, il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF). Il-faċilità, b'valur ta' €672.5 biljun, hija l-istrument ewlieni tal-pakkett għall-irkupru tan-Next Generation EU imfassal biex tgħin lill-Ewropa toħroġ aktar b'saħħitha mill-pandemija tal-COVID-19. Biex jirċievu appoġġ mill-RRF, l-istati membri jridu jissottomettu l-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza u jaraw li dawn jiġu vvalutati u approvati.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025