"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 18 ta' Ġunju 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri tal-UE għall-ekonomija u l-finanzi evalwaw l-irkupru ekonomiku fl-Ewropa, kellhom skambju ta' fehmiet dwar il-fajls attwali tal-VAT u s-sitwazzjoni attwali tal-unjoni bankarja. Huma ddiskutew ukoll is-sostenibbiltà fiskali fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2021.

Irkupru ekonomiku

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF). L-RRF tinsab fil-qalba tal-pjan ta' rkupru tal-UE ta' Next Generation EU. Ser tqiegħed għad-dispożizzjoni €672.5 biljun f'għotjiet u self għall-investiment pubbliku u r-riformi fl-istati membri biex tgħinhom jindirizzaw l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, biex irawmu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u biex jibnu soċjetajiet reżiljenti u inklużivi.

João Leão, Ministru għall-Finanzi tal-Portugall
Qed indawru l-paġna fir-rigward ta' din il-kriżi. L-irkupru tal-ekonomija Ewropea jinsab għaddej. Aħna kburin bir-rispons komuni tagħna mingħajr preċedent għall-kriżi. Is-27 stat membru rratifikaw id-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji fi żmien rekord. Din il-ġimgħa l-Kummissjoni approvat l-ewwel pjanijiet nazzjonali. Fl-aħħar nett, l-Ewropa marret fis-swieq biex tiffinanzja l-pakkett ta' rkupru li ser jiggarantixxi rkupru rapidu u b'saħħtu.
João Leão, Ministru għall-Finanzi tal-Portugall
João Leão, Ministru għall-Finanzi tal-Portugall

Kwistjonijiet baġitarji

Il-ministri adottaw rakkomandazzjoni skont il-proċedura ta' defiċit eċċessiv għar-Rumanija. Hija tistabbilixxi skadenza ġdida sabiex ir-Rumanija ittejjeb is-sitwazzjoni fiskali tagħha għall-2024. Il-Kunsill adotta wkoll ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-programmi aġġornati ta' stabbiltà jew ta' konverġenza tal-istati membri fil-qafas tas-Semestru Ewropew 2021.

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar l-isfidi għas-sostenibbiltà fiskali li jirriżultaw minn popolazzjoni li qed tixjieħ.

Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)

Il-Ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni importanti dwar id-direzzjoni li għandha tittieħed fir-rigward tal-elementi ewlenin tal-proposta dwar ir-rati tal-VAT. Huma ddiskutew ukoll il-proposta ta' "xiri u għoti ta' donazzjoni", li għandha l-għan li tippermetti lill-Kummissjoni u lil korpi oħra tal-UE jixtru oġġetti u servizzi meħtieġa għall-ġlieda kontra ċerti emerġenzi, bħall-pandemija tal-COVID-19 b'eżenzjoni mill-VAT u li jqassmuhom mingħajr ħlas lill-istati membri. Il-Kummissjoni ppreżentat din il-proposta f'April 2021.

Unjoni bankarja

Il-Kunsill ħa nota tar-rapport ta' progress dwar it-tisħiħ tal-unjoni bankarja.

Servizzi finanzjarji

Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tal-proposti leġiżlattivi dwar is-servizzi finanzjarji.

Laqgħat internazzjonali

Il-ministri approvaw ukoll it-termini ta' referenza għal-laqgħa tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 li ser issir mis-7 sal-10 ta' Lulju 2021.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025