"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 26 ta' Lulju 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri ffukaw fuq l-irkupru ekonomiku fl-Ewropa. Kellhom skambju ta' fehmiet dwar id-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Kroazja, Ċipru, il-Litwanja u s-Slovenja. Sabiex id-deċiżjonijiet jiġu adottati formalment, il-proċedura bil-miktub ser tinbeda ftit wara l-laqgħa informali tal-lum. Fi tmiem il-proċedura bil-miktub, dawn l-erba' stati membri ser ikunu jistgħu jiffirmaw ftehimiet ta' għoti u self u jirċievu prefinanzjament mill-Faċilità tal-UE għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Il-ministri ddiskutew ukoll l-implimentazzjoni ulterjuri tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-faċilità ser tagħmel disponibbli total ta' € 672.5 biljun f'għotjiet u self biex jitrawwem l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19. Il-fondi ser jintużaw għal riformi u investimenti fl-istati membri, b'mod li jappoġġa t-tranżizzjoni klimatika u t-trasformazzjoni diġitali tal-UE.

Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Inkomplu bil-ħidma fuq l-irkupru ekonomiku Ewropew. Wara l-laqgħa informali tagħna llum, għandna aħbar tajba għall-Kroazja, Ċipru, il-Litwanja u s-Slovenja. Dalwaqt ser ikunu jistgħu jibdew jirċievu l-fondi u jibdew jimplimentaw il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza. Sena wara li l-mexxejja tal-UE qablu dwar il-ftehim storiku dwar il-pakkett għall-irkupru, aktar minn nofs l-istati membri tagħna issa huma lesti li jagħtu bidu għar-riformi u l-investimenti meħtieġa biex l-ekonomija tagħna ssir adattata għall-futur.
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja

Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

Il-ministri evalwaw il-pakkett tal-Kummissjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus li ġie adottat dan l-aħħar. Il-pakkett għandu l-għan li jtejjeb il-qafas eżistenti tal-UE, filwaqt li jqis l-isfidi l-ġodda relatati mal-innovazzjoni teknoloġika. Huwa jagħmel parti mill-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tas-suq finanzjarju.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025