"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 13 ta' Lulju 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri ffukaw fuq l-irkupru ekonomiku. Huma adottaw l-ewwel sett ta' deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni ta' 12-il pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.

L-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, il-Portugall, is-Slovakkja u Spanja issa jistgħu jiffirmaw ftehimiet ta' għotjiet u self u jibdew jirċievu fondi mill-Faċilità tal-UE għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Il-ministri qasmu wkoll l-fehmiet tagħhom kif tista' tkompli l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-Faċilità ser tagħmel disponibbli total ta' €672.5 biljun f'għotjiet u self għal riformi u investimenti fl-istati membri. L-użu tal-fondi ser jagħti spinta lill-irkupru wara l-pandemija tal-COVID-19 u jappoġġa t-tranżizzjoni klimatika u t-trasformazzjoni diġitali tal-UE.

Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Illum għandna aħbarijiet eċċellenti għall-irkupru tal-Ewropa. Approvajna l-ewwel sett ta' deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. 12-Il stat membru issa jistgħu jiffirmaw il-ftehimiet ta' finanzjament u jiksbu l-fondi biex jixprunaw l-irkupru. Billi niffukaw ir-riformi u l-investimenti tagħna fuq miri ekoloġiċi u diġitali, nistgħu noħorġu mill-kriżi aktar b'saħħitna. Din hija opportunità bħal qatt qabel biex nagħtu sura ġdida lill-ekonomija tagħna u nagħmluha aktar reżiljenti għall-futur.
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Grafika: Il-fond għall-irkupru tal-UE jappoġġa l-istati membri biex jagħti spinta lill-ekonomija u jibni Ewropa aktar reżiljenti, ambjentali u diġitali.

Fond għall-irkupru: l-UE tagħti riżultati (Infografika)

Semestru Ewropew

Il-ministri approvaw il-konklużjonijiet dwar l-analiżijiet fil-fond tal-2021 għal 12-il stat membru fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. L-eżamijiet huma parti mill-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi u jibnu fuq ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija għall-2021.

Affarijiet oħra

Il-Presidenza Slovena ppreżentat il-programm ta' ħidma tagħha fil-qasam tal-ekonomija u l-finanzi għal Lulju-Diċembru 2021. Il-ministri kellhom diskussjoni ġenerali dwar l-istrateġija ta' finanzjament sostenibbli reċenti tal-UE u l-proposta għal standard ta' bond ekoloġiku tal-UE. Il-presidenza ppreżentat ukoll is-sitwazzjoni preżenti tal-proposti leġiżlattivi dwar is-servizzi finanzjarji.

Il-ministri ġew infurmati dwar ir-riżultati tal-laqgħa tal-ministri għall-finanzi tal-G20 u tal-gvernaturi tal-Bank Ċentrali tad-9 u l-10 ta' Lulju 2021.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Riżultati tal-votazzjonijiet tal-laqgħa

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025