"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 5 ta' Ottubru 2021

Riżultati ewlenin

Irkupru ekonomiku

Il-ministri għall-ekonomija u l-finanzi ddiskutew l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) u adottaw deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għal Malta. B'54 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan iddedikat għall-objettivi klimatiċi u 26 % għal miżuri li jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni, dan ipoġġi enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni attwali rigward SURE, strument Ewropew għall-għoti ta' appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji tal-qgħad f'emerġenza, li tnieda bħala parti mir-rispons tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19. S'issa, l-UE pprovdiet kważi €90 biljun f'appoġġ lil 19-il stat membru biex tgħinhom jipproteġu l-impjiegi u d-dħul tal-ħaddiema. SURE huwa stmat li appoġġa madwar 31 miljun persuna u 2.5 miljun ditta fl-2020.

Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
L-irkupru ekonomiku Ewropew miexi tajjeb. Irreaġixxejna għall-isfidi li l-pandemija ħolqot għall-ekonomija tagħna b'mod deċiżiv u f'waqtu. Issa għandna 19-il pjan għall-irkupru u r-reżiljenza approvati u kważi dawn l-istati membri kollha rċevew il-prefinanzjament mitlub minnhom. Strument ieħor tal-UE, SURE, wera li kellu suċċess kbir fil-protezzjoni tal-impjiegi u l-għajxien taċ-ċittadini tagħna matul il-pandemija. Irridu nżommu dan il-momentum u niżguraw li l-irkupru jibqa' b'saħħtu.
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja

Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar it-tagħlimiet meħuda mis-Semestru Ewropew 2021 u dwar it-triq 'il quddiem possibbli fil-kuntest tal-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru. Id-diskussjoni ffokat fuq il-possibbiltajiet ta' allinjament tal-implimentazzjoni tal-RRF maċ-ċiklu li jmiss tas-Semestru Ewropew.

Tħejjijiet għal-laqgħat internazzjonali

Il-ministri għall-ekonomija u l-affarijiet finanzjarji komplew it-tħejjijiet għal-laqgħa tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 skedata għat-13-14 ta' Ottubru 2021, u għal-laqgħa annwali tal-FMI. F'dan il-kuntest, approvaw it-termini ta' referenza tal-UE għall-G20 u d-dikjarazzjoni lill-Kumitat Monetarju u Finanzjarju Internazzjonali (IMFC).

Il-ministri approvaw ukoll konklużjonijiet dwar il-finanzjament għall-klima qabel is-26 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP26) fi Glasgow. Il-konklużjonijiet jenfasizzaw l-appoġġ qawwi kontinwu mill-UE u l-istati membri tagħha għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. Huma jenfasizzaw ukoll l-impenn tagħhom li jżidu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament internazzjonali għall-klima kif ukoll il-ħtieġa li tissaħħaħ il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament privat f'dawn l-isforzi.

Leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji

Il-ministri għall-ekonomija u l-affarijiet finanzjarji ġew mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar ir-reviżjoni tar-regoli prudenzjali għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, fil-qafas ta' Solvenza II. Id-dibattitu ġie preċedut mill-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposti l-ġodda tagħha għar-reviżjoni ta' Solvenza II.

Taħt affarijiet oħra, il-presidenza Slovena tat aġġornament rigward il-proposti leġiżlattivi attwali dwar is-servizzi finanzjarji u l-Kummissjoni aġġornat lill-ministri rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025