"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Vidjokonferenza informali tal-ministri għall-ekonomija u l-finanzi, 28 ta' Ottubru 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri qiesu l-implimentazzjoni tal-fond għall-irkupru tal-UE. Huma kellhom skambju ta' fehmiet dwar id-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Estonja, il-Finlandja u r-Rumanija u laqgħu l-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni tat-tlieta li huma. Id-deċiżjonijiet ser jiġu adottati permezz ta' proċedura bil-miktub sad-29 ta' Ottubru, li ser tippermetti lil dawn il-pajjiżi jiksbu l-prefinanzjament ta' 13% mitlub minnhom.

Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Tkompli l-ħidma tagħna fuq l-irkupru Ewropew. Qed nimxu 'l quddiem bl-approvazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru. Bl-investimenti u r-riformi ppjanati, nistgħu nsiru aktar reżiljenti, bħall-ekonomija u s-soċjetà tal-UE. L-implimentazzjoni b'suċċess tagħhom issa hija ċ-ċavetta biex jiġi żgurat irkupru b'saħħtu u sostnut
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja

Ladarba d-deċiżjonijiet dwar il-pjanijiet tal-Estonja, tal-Finlandja u tar-Rumanija jiġu approvati formalment din il-ġimgħa, 22 stat membru ser ikunu rċevew l-approvazzjoni għall-pjanijiet ta' nfiq għall-irkupru tagħhom. Il-pjanijiet jistabbilixxu l-miżuri li ser jittieħdu fil-livell nazzjonali biex jitrawwem l-irkupru ekonomiku bl-għajnuna ta' €672.5 biljun ta' appoġġ mingħajr preċedent tal-UE (fi prezzijiet tal-2018). Sabiex jiġi żgurat irkupru Ewropew sostenibbli, issir enfasi qawwija fuq il-miri ekoloġiċi u diġitali, li jammontaw għal mill-inqas 37% u 20% tan-nefqa rispettivament.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025