"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 9 ta' Novembru 2021

Riżultati ewlenin

Governanza ekonomika u rkupru ekonomiku

Il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-ekonomija tal-UE wara l-pandemija tal-COVID-19, u dwar l-implikazzjonijiet tal-iżvilupp reċenti għall-governanza ekonomika. Huma ddiskutew il-futur tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE u taw il-fehmiet inizjali tagħhom dwar it-triq 'il quddiem. Dan is-suġġett ser jiġi diskuss aktar u l-ministri ser ikomplu l-konsultazzjonijiet tagħhom sabiex jilħqu kunsens wiesa' fi żmien debitu.

Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
L-isforzi tagħna biex nagħtu spinta lill-irkupru ekonomiku qed jidħlu fis-seħħ. Ir-rispons tal-UE għall-pandemija qed juri riżultati tajbin. Issa wasal iż-żmien li nirriflettu dwar il-futur tal-governanza ekonomika tagħna. Illum, kellna skambju ta' fehmiet inizjali dwar il-futur tal-politika fiskali. Huwa meħtieġ li nkomplu d-diskussjonijiet u nippruvaw insibu bażi komuni.
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja
Andrej Šircelj, Ministru għall-Finanzi tas-Slovenja

Huma ddiskutew ukoll is-sitwazzjoni attwali rigward il-finanzjament ta' Next Generation EU, pakkett ta' rkupru temporanju biex jgħin jagħti spinta lill-ekonomiji tal-UE wara l-COVID-19, u l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-qofol ta' Next Generation EU li tappoġġa r-riformi u l-investimenti fl-istati membri tal-UE permezz ta' self u għotjiet.

Il-ministri approvaw konklużjonijiet dwar il-futur tas-Semestru Ewropew b'rabta mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Il-konklużjonijiet jappellaw għar-ritorn tal-elementi essenzjali tas-Semestru Ewropew fiċ-ċiklu tal-2022, b'mod partikolari r-rapporti tal-pajjiżi u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

Prezzijiet tal-enerġija u l-inflazzjoni

Il-ministri ddiskutew iż-żieda qawwija reċenti fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-konsumatur u l-implikazzjonijiet ta' politika assoċjati. Huma kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-sett ta' għodod ta' miżuri tal-Kummissjoni li l-UE u l-istati membri tagħha jistgħu jużaw u diġà qed jużaw biex jindirizzaw l-impatt immedjat taż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija.

Servizzi finanzjarji

Il-ministri għall-ekonomija u l-finanzi kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar sett ta' proposti leġiżlattivi mmirati l-aktar lejn l-implimentazzjoni tal-ftehimiet pendenti ta' Basel III, jiġifieri miżuri ta' riforma maħsuba biex jgħinu fit-tisħiħ tar-reżiljenza tas-settur bankarju tal-UE u jsaħħu s-superviżjoni u l-ġestjoni tar-riskju tiegħu. L-iskambju ta' fehmiet kien preċedut minn preżentazzjoni ta' dan il-pakkett ta' proposti mill-Kummissjoni.

Il-presidenza Slovena pprovdiet ukoll informazzjoni dwar il-proposti leġiżlattivi attwali dwar is-servizzi finanzjarji.

Laqgħat internazzjonali

Il-presidenza Slovena u l-Kummissjoni Ewropea pprovdew informazzjoni u segwu l-laqgħat tal-ministri għall-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 u dwar il-laqgħat annwali tal-FMI tat-13 u l-14 ta' Ottubru 2021.

Affarijiet oħra

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppreżentat ir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2020.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 20 ta' Novembru 2024