"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Baġit), 12 ta' Novembru 2021

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill approva ftehim dwar il-baġit tal-UE għall-2022 milħuq mal-Parlament Ewropew. It-total tal-impenji huwa stabbilit għal €160,5 biljun u tal-pagamenti għal €170,6 biljun.

Il-ftehim milħuq illum fil-kumitat ta’ konċiljazzjoni jiżgura baġit prudenti u realistiku għas-sena d-dieħla, li jħalli biżżejjed riżorsi taħt il-limiti massimi tal-intestaturi biex jirrispondu għal sfidi futuri possibbli.

Irena Drmaž, Ministre Délégué tas-Slovenja għan-negozjati tal-baġit tal-UE
Illum ilħaqna ftehim tajjeb u bbilanċjat, li hija aħbar tajba ħafna għaċ-ċittadini. Il-baġit tal-UE tas-sena d-dieħla jiddedika biżżejjed riżorsi għall-prijoritajiet tagħna, u fl-istess ħin jiżgura spazju fiskali suffiċjenti għal ċirkostanzi mhux previsti. Il-finanzjament li qbilna dwaru llum ser jirfed l-irkupru li għaddej bħalissa u ser jappoġġa b'mod qawwi l-miri klimatiċi u diġitali tagħna. Matul din it-triq, il-baġit tal-2022 ser ikun ikkomplementat mill-fondi Next Generation EU. L-iżgurar li jintlaħaq qbil fil-ħin dwar baġit li jiffunzjona tajjeb għas-sena li ġejja u li l-kontribwenti jirċievu l-aħjar valur possibbli għal flushom kien prijorità għall-Presidenza Slovena tal-Kunsill. Flimkien mal-Parlament u l-Kummissjoni, ħdimna ħafna u fit-tul biex jitlesta.
Irena Drmaž, Ministre Délégué tas-Slovenja għan-negozjati tal-baġit tal-UE
Irena Drmaž, Ministre Délégué tas-Slovenja għan-negozjati tal-baġit tal-UE
L-oqsma prijoritarji ewlenin tal-baġit tal-UE għall-2022 jinkludu l-ambjent, l-irkupru ekonomiku, is-suq uniku u l-innovazzjoni

Baġit tal-UE għall-2022: Oqsma ewlenin (Infografika)

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025