"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 18 ta' Jannar 2022

Riżultati ewlenin

Il-prijoritajiet tal-Presidenza Franċiża

Il-presidenza Franċiża ppreżentat il-prijoritajiet tagħha għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji għall-ewwel nofs tal-2022. Dan ġie segwit minn skambju ta' fehmiet tal-ministri.

Bruno Le Maire, Ministru Franċiż għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Finanzi u l-Irkupru
L-Ewropa rnexxielha tirkupra mill-agħar kriżi ekonomika mill-1929 'l hawn. Ħadna l-azzjoni t-tajba fil-ħin opportun. Madankollu, il-kriżi wrietna li huwa meħtieġ li jinbena mudell ekonomiku ġdid, ibbażat fuq awtonomija strateġika. X'tip ta' Ewropa rridu nibnu? Irridu Ewropa indipendenti li tkun kapaċi tiddefendi l-valuri tagħha, tippromwovi l-investiment fl-innovazzjoni u t-teknoloġiji ewlenin, u tipproteġi l-ambjent. Irridu nibnu mudell ġdid ibbażat fuq it-tkabbir sostenibbli.
Bruno Le Maire, Ministru Franċiż għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Finanzi u l-Irkupru
Bruno Le Maire, Ministru Franċiż għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Finanzi u l-Irkupru

Tassazzjoni korporattiva

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni dwar id-direttiva tal-Kunsill proposta dwar l-iżgurar ta' livell minimu globali ta' tassazzjoni għall-gruppi multinazzjonali fl-Unjoni. Dan wara li l-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għal direttiva fl-aħħar ta' Diċembru. Il-Presidenza Franċiża għalhekk ħadet l-ewwel opportunità biex tavvanza l-ħidma fil-livell tal-Kunsill.

Fl-interventi tagħhom, il-ministri kkonfermaw in-natura prijoritarja ta' dan il-fajl u l-ħtieġa li r-regoli maqbula dwar it-tassazzjoni korporattiva internazzjonali jiġu trasposti malajr kemm jista' jkun.

L-għan tad-direttiva huwa li tittrasponi l-Qafas Inklużiv (IF) globali tal-OECD/G20 dwar l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u trasferiment tal-profitti (BEPS) dwar riforma b'żewġ pilastri tar-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva internazzjonali fil-liġi tal-UE. Dan il-ftehim internazzjonali, li jiġbor flimkien 137 pajjiż u ġuriżdizzjoni, jikkostitwixxi pass importanti lejn sistema effettiva u ġusta ta' tassazzjoni fuq il-profitti. Id-direttiva tikkonċerna l-hekk imsejjaħ "Tieni Pilastru" tar-riforma, li jippreċedi l-"Ewwel Pilastru", li fuqu għadha għaddejja ħidma teknika fil-qafas inklużiv dwar il-BEPS tal-OECD.

Il-ftehim tat-8 ta' Ottubru 2021 huwa suċċess għall-komunità internazzjonali u, fuq kollox, suċċess Ewropew. Dan ser jipprovdi ġustizzja, effiċjenza u stabbiltà għan-negozji u ċ-ċittadini tagħna. Ninsab kuntent ħafna li mid-diskussjoni tal-lum nikkonkludu li lkoll naqsmu x-xewqa li nagħmlu progress rapidu. L-UE tinsab fuq quddiem nett ta' din ir-riforma storika u din hija aħbar tajba. Bruno Le Maire, Ministru Franċiż għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Finanzi u l-Irkupru
The Council gave political guidance on new taxation rules for big multinational companies

Irkupru ekonomiku

Il-ministri għall-ekonomija u l-finanzi ddiskutew is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF).

F'dan l-istadju, il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRPs) għal ħames stati membri għadhom pendenti. Wieħed minn dawn il-ħames stati membri għad irid jippreżenta l-RRP tiegħu. Il-Kunsill aġixxa malajr fuq il-proposti tal-Kummissjoni u adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li japprovaw il-valutazzjonijiet ta' 22 pjan fiż-żmien qasir stabbilit fir-regolament. Il-Kummissjoni qiegħda f'diskussjonijiet mal-Bulgarija, l-Ungerija, il-Polonja u l-Iżvezja dwar il-valutazzjoni tal-RRPs tagħhom.

S'issa, 18-il stat membru rċevew prefinanzjament (13% tal-ammonti mitluba) għal total ta' €54.2 biljun. Biex tiffinanzja l-pjanijiet, il-Kummissjoni diġà ssellfet €71 biljun permezz ta' strumenti fit-tul u €28 biljun permezz ta' strumenti għal żmien qasir fis-swieq finanzjarji.

L-RRF hija strument temporanju ta' rkupru li jippermetti lill-Kummissjoni toħroġ dejn f'isem l-Unjoni biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw ir-riformi u l-investimenti. Dan jagħmel €723.8 biljun (fi prezzijiet attwali) disponibbli f'self (€385.8 biljun) u għotjiet (€338 biljun).

Fl-interventi tagħhom, ħafna ministri enfasizzaw l-importanza ta' żborż rapidu lill-istati membri. Il-Kunsill jistenna li l-parti l-kbira tal-implimentazzjoni tal-RRF issir fl-2022.

Illum l-Ewropa hija aktar b'saħħitha milli kienet qabel il-kriżi. Urejna lid-dinja l-għaqda u s-solidarjetà tagħna bi ftehim storiku dwar pakkett ta' rkupru ta' €750 biljun. Issa għandna 22 pjan għall-irkupru u r-reżiljenza approvati u 18 minn dawn l-istati membri rċevew prefinanzjament għal total ta' €54.2 biljun. Din hija aħbar tajba. Irridu nżommu dan il-momentum politiku u nkomplu ninvestu fil-futur tagħna. Bruno Le Maire, Ministru Franċiż għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Finanzi u l-Irkupru
Grafika: Il-fond għall-irkupru tal-UE jappoġġa l-istati membri biex jagħti spinta lill-ekonomija u jibni Ewropa aktar reżiljenti, ambjentali u diġitali.

Fond għall-irkupru: l-UE tagħti riżultati (Infografika)

Semestru Ewropew 2022

Il-Kunsill beda l-proċess annwali tas-"Semestru Ewropew" għall-monitoraġġ tal-politiki ekonomiċi, tal-impjieg u fiskali tal-istati membri. Huwa adotta konklużjonijiet dwar ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija għall-2022, kif ukoll konklużjonijiet dwar l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir sostenibbli tal-2022. Huwa approva r-rakkomandazzjoni tal-2022 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (EAR). L-EAR ser tiġi ppreżentata għall-approvazzjoni lill-Kunsill Ewropew f'Marzu 2022 qabel ma tkun tista' tiġi adottata mill-Kunsill f'waħda mil-laqgħat tiegħu li jmiss tal-Ecofin.

Termini ta' Referenza tal-UE għall-G20

Il-ministri taw gwida għal aktar ħidma dwar it-Termini ta' Referenza tal-UE għall-G20, u b'hekk avvanzaw it-tħejjijiet għal-laqgħa tal-ministri tal-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 skedata għas-17 u t-18 ta' Frar 2022 fl-Indoneżja.

Affarijiet oħra

Taħt affarijiet oħra, il-Presidenza aġġornat lill-ministri dwar proposti leġiżlattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Id-delegazzjoni Ġermaniża aġġornat lill-ministri dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-G7. Il-ministri ġew aġġornati wkoll dwar l-aħħar rapport ta' investiment tal-BEI.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025