Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Baġit), 11-14 ta' Novembru 2022, 11-14 ta' Novembru 2022

Riżultati ewlenin

L-oqsma prijoritarji ewlenin tal-baġit tal-UE għall-2023 jinkludu l-koeżjoni, ir-reżiljenza, l-ambjent, is-suq uniku u l-innovazzjoni
Baġit tal-UE għall-2023: Oqsma ewlenin (Infografika)

Baġit tal-UE għall-2023: Oqsma ewlenin (Infografika)

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew illum laħqu ftehim dwar baġit tal-UE għall-2023 li jiffoka b'mod qawwi fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-politika tal-UE.

It-total tal-impenji huwa stabbilit għal €186.6 biljun. Dan huwa żieda ta' 1.1% meta mqabbel mal-baġit tal-2022 kif emendat. €0.4 biljun inżammu disponibbli taħt il-limiti massimi tal-infiq tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027, li jippermetti lill-UE tirreaġixxi għal ħtiġijiet mhux prevedibbli.

It-total tal-pagamenti jammonta għal €168.6 biljun, 1% aktar mill-2022.

Jiří Georgiev, Deputat Ministru għall-Finanzi tar-Repubblika Ċeka u negozjatur ewlieni tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2023
Nilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim tagħna dwar il-baġit tas-sena d-dieħla peress li dan ser jippermettilna niffukaw fuq l-oqsma ta' prijorità tal-UE f'kuntest ġeopolitiku partikolarment volatili. Huwa jiżgura wkoll approċċ realistiku, filwaqt li jitqiesu is-sitwazzjoni ekonomika attwali, l-interessi tal-kontribwenti u l-ħtieġa li jiġu indirizzati sfidi ġodda li jistgħu jfeġġu fl-2023.
Jiří Georgiev, Deputat Ministru għall-Finanzi tar-Repubblika Ċeka u negozjatur ewlieni tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2023
Jiří Georgiev, Deputat Ministru għall-Finanzi tar-Repubblika Ċeka u negozjatur ewlieni tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2023

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025